TOP


GWU

 Fondazzjoni Reggie Miller

 
 
 
Fondazzjoni Reggie Miller
 
 




Il-Missjoni Tagħna


Il-Fondazzjoni Reggie Miller hija impenjata li toħloq u tipprovdi l-opportunità għal ambjent ta’ tagħlim b’saħħtu, biex kemm l-istudenti kif ukoll il-membri jilħqu l-potenzjal sħiħ fil-ħajja personali u professjonali tagħhom.

Storja

Il-Fondazzjoni Reggie Miller hija l-fergħa edukattiva tal-General Workers’ Union Malta (GWU). Hija twaqqfet fit-12 ta’ Diċembru 1998. Matul is-snin, il-Fondazzjoni Reggie Miller kienet strumentali fl-iżvilupp tal-ħiliet u ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim għal aktar minn 5,000 student fid-diversi korsijiet akkademiċi, kreattivi, teknoloġiċi u servizzi. Sal-lum il-Fondazzjoni kienet responsabbli għat-tagħlim tal-Lingwi, Mużika, Arti u Artiġjanat, Teatru u Drama, Informatika, Saħħa u Sigurtà, Leadership Skills, suġġetti akkademiċi u fis-settur tas-servizzi liċenzjati bħas-Sigurtà u Immaniġġjar tal-Ikel.

Mill-1998, il-Fondazzjoni Reggie Miller ħadmet kontinwament biex ixxerred l-għarfien u tistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ tagħlim għall-ħaddiema, membri u qraba tagħhom. Barra minn hekk, estendiet it-taħriġ tagħha lill-pubbliku ġenerali u għal kull impriża privata jew kumpaniji li xtaqu jirreġistraw fi kwalunkwe mill-korsijiet provduti. Il-Fondazzjoni pprovdiet ukoll numru ta’ korsijiet fil-post tax-xogħol. Barra minn hekk, pprovdiet tagħlim fil-Lingwa Ingliża lill-istudenti barranin u membri ta’ unions affiljati minn diversi pajjiżi li jixtiequ jew jeħtieġu li jtejbu l-ħiliet tal-Ingliż tagħhom. Barra minn hekk, il-librerija estensiva fil-Workers’ Memorial Building isservi bħala ċentru ta’ riċerka għal numru ta’ studenti u akkademiċi li jixtiequ jinvestigaw t-trejdunjoniżmu.

Valuri

Il-Fondazzjoni Reggie Miller hija mibnija fuq ħames valuri ewlenin. Irrispettivament mis-sess, razza, twemmin reliġjuż, l-orjentazzjoni sesswali jew id-diversità kulturali, il-Fondazzjoni Reggie Miller hija impenjata li;

• Tipprovdi ambjent autonomu ta’ tagħlim aktar minn tagħlim biss ta' suġġett.

• Tagħmel t-tagħlim aċċessibbli għal kulħadd.

• Tassikura livell għoli ta' edukazzjoni.

• Tkun disponibbli għall-istudenti tagħha u kontinwament tgħinhom fl-iżvilupp personali u professjonali tagħhom.

• Tirrikonoxxi li l-individwi jkollhom abilitajiet diversi ta’ tagħlim u għalhekk tindirizzahom kif xieraq.


Viżjoni

Il-Fondazzjoni Reggie Miller kompliet tikber u tevolvi f’organizzazzjoni li tħares ’il quddiem bil-għan li tipprepara lill-istudenti tagħha u l-membri tal-GWU għal dinja li qed tinbidel malajr billi tppreparahom bit-taħriġ. L-għan tagħna huwa li ngħamlu dak kollu possibbli ħalli l-istudenti biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom billi jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħlim skont il-pass tagħhom u tagħtihom il-ħiliet meħtieġa għal ħsieb kritiku biex jiffaċċjaw l-isfidi f’dinja tax-xogħol u soċjetà li hija fis-seklu 21. Bħala riżultat, il-Fondazzjoni Reggie Miller żviluppat korsijiet ġodda u eċċitanti, bħal korsijiet fi tliet livelli għax-shop stewards u kors tal-lingwa Ingliża mmirati lejn trejdunjonisti.

Għan

L-għan tal-Fondazzjoni Reggie Miller huwa li tilħaq u tiżviluppa l-potenzjal ta’ kull student u timpenja ruħha li tkun kontinwament strumentali fl-iżvilupp ta' kull min ifittex l-għajnuna tagħha. Għalhekk, dan tagħmlu billi tiffaċilità t-tagħlim u ssaħħaħ il-ħiliet meħtieġa għal dawk kollha li jixtiequ jtejbu lilhom infushom. Li ngħinu lin-nies jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom huwa l-bażi tal-Fondazzjoni Reggie Miller.