TOP


GWU

 GWU



Il-General Workers’ Union hija l-akbar trejdunjin f’Malta b’aktar minn 46,000 membru minn diversi oqsma tax-xogħol f’pajjiżna. Il-ħolqien tagħha nhar il-5 ta’ Ottubru 1943 għadu jiġi ċċelebrat sal-lum bħala l-Unjoni Day. Is-saħħa trejdunjonistika tal-GWU tinsab fis-sħubija diversa mis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija. Hija torganizza fi ħdana aktar minn 54 fil-mija tal-forza tax-xogħol organizzata jew 35 fil-mija ta’ dawk li jaħdmu bi qliegħ. Dan jagħmel il-GWU forza ewlenija fil-qasam trejdunjonistiku lokali.