TOP


GWU

 Amministrazzjoni Ċentrali


President

Victor Carachi


Imwieled f’Lulju tal-1959, Victor Carachi beda l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid fejn wara kompla l-istudji sekondarji tiegħu fil-Kulleġġ ta’ De La Salle. Huwa segwa karriera fil-qasam bankarju meta fl-1978 ingħaqad bħala skrivan mal-Mid-Med Bank. Ftit taż-żmien wara kompla l-istudji tiegħu fejn beda jispeċjalizza fil-qasam tal-ICT u sussegwentament kiseb iċ-Chartered IT Professional mill-British Computer Studies. Huwa għandu wkoll Masters fil-Business Administration mill-Henley Management College ta’ Londra.

Matul il-karriera bankarja tiegħu huwa kien joklkupa diversi karigi maniġerjali fil-qasam tal-ICT kif ukoll kien Senior Manager fid-Dipartiment tal-Audit, Compliance and Operational Risk tal-bank HSBC (MALTA).L-interess u l-involviment dirett tiegħu fil-qasam trejdunjonistiku beda fl-1995 meta kien elett mill-kollegi sħabu bħala Shop Steward u delegat tal-GWU. Huwa serva wkoll bħala president tal-Kumitat tal-Ħaddiema tal-bank HSBC, kif ukoll aktar tard, bħala Viċi President ta’ dik li kienet it-Taqsima Professjonali u Midja.

Waqt il-Kungress Nazzjonali ta’ Ottubru tal-2007 huwa kien elett b’mod unanimu bħala President Deżinjat tal-GWU. Huwa assuma uffiċjalment ir-responsabbiltajiet ta’ President nhar it-8 ta’ Marzu 2008.

Victor Carachi hu miżżewweġ u għandu żewġt itfal.

 

 

 

 

 

 

Deputat Segretarju Ġenerali

Kevin Camilleri

 

Imwieled u mrobbi fil-Marsa, Camilleri li huwa missier ta’ żewġt itfal, kien elett fil-kariga ta’ Deputat Segretarju Ġenerali waqt il-Konferenza Nazzjonali li saret nhar it-8 ta’ Ottubru 2015. Fil-ħames snin preċedenti huwa serva bħala Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel, filwaqt li bejn l-2007 u l-2010 Camilleri serva ukoll bħala Assistant Segretarju tal-istess taqsima.

Camilleri, li għandu 42 sena, għandu esperjenza twila fis-settur tal-ospitalità. Tul il-karriera f’dan is-settur huwa okkupa diversi karigi fosthom bħala Food & Bevereage Quality Controller fil-Holiday Inn Crowne Plaza. Huwa serva wkoll f’diversi gradi ta’ superviżjoni f’għadd ta’ oqsma marbuta mal-ospitalità. Filwaqt li kiseb kwalifikazzjoni maniġerjali universitarja huwa għadu qed ikompli bl-istudji tiegħu u huwa wkoll Visiting Lecturer fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi ta’ Malta.