TOP


GWU

 Kompożizzjoni Organizzattiva


Kungress Nazzjonali

L-Istatut tal-General Workers’ Union jidentifika l-Kungress Nazzjonali bħala l-ogħla organu fil-GWU. Il-Kungress Nazzjonali għandu jitlaqqa’ kull erba’ snin, li jalternaw kull sentejn mal-Konferenza Nazzjonali. Il-Kungress Nazzjonali huwa l-fora li fih id-Delegat jiddiskutu, jiddeċiedu u jadottaw il-politika tal-GWU għall-ġejjieni. Il-Kungress Nazzjonali jeleġġi wkoll l-Amministrazzjoni Ċentrali. Il-Konferenza Nazzjonali tad-Delegati ssir ukoll kull erba’ snin: sentejn wara u qabel kull Kungress Nazzjonali.

 

Kunsill Nazzjonali

Il-Kunsill Nazzjonali huwa l-organu ta’ tmexxija tal-Union. Dan hu kompost mill-Amministrazzjoni Ċentrali, Segretarji tat-Taqsimiet kif ukoll rappreżentanti mill-istess taqsimiet. Kemm l-Għaqda tal-Pensjonanti kif ukoll il-GWU Youths huma rappreżentati fih bi dritt tal-vot waqt il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

 

Amministrazzjoni Ċentrali

Il-membri tal-Amministrazzjoni Ċentrali huma eletti mill-Kungress Nazzjonali għal terminu ta’ erba’ snin. L-Amministrazzjoni Ċentrali, magħmula mill-President, Segretarju Ġenerali u mid-Deputat Segretarju Ġenerali hija l-organu eżekuttiv tal-GWU. L-Amministrazzjoni Ċentrali hija wkoll membru ex-officio tal-Kunsill Nazzjonali.

 

Konferenzi Ġenerali tat-Taqsimiet

Il-Kumitati Eżekuttivi tat-Taqsimiet, Kumitati tal-Ħaddiema, Delegati u Shop Stewards huma eletti f’Konferenza Ġenerali bi annwali ta’ kull taqsima. Madankollu s-Segretarji ta’ kull Taqsima huma eletti għal terminu ta’ erba’ snin f’konferenzi ġenerali alternanti.

Is-seba’ Taqsimiet tal-GWU huma mmexxija b’mod distint mill-Kumitati Eżekuttivi tagħhom komposti minn President, Viċi President, Segretarju, Assistent Segretarju u numru ta’ membri li normalment ma jaqbżux it-tnax-il persuna.

Skont l-Istatut, il-Kumitati Eżekuttivi għandhom isejħu għall-inqas 12-il laqgħa kull sena (preferibbilment kull xahar) jew b’mod frekwenti kif jitqies meħtieġ biex jittrattaw  kwistjonijiet li jinħolqu, ċirkostanzi straordinarji u t-tmexxija tas-Sezzjoni.

Is-Segretarju tas-Sezzjoni effettivament għandu r-responsabbiltà tat-tmexxija tat-Taqsima u huwa jokkupa l-kariga fuq bażi full-time filwaqt li uffiċjali oħra eletti kollha tas-sezzjoni huma fuq bażi part-time li għalihom jitħallsu onorarja kif deċiż mill-Kunsill Nazzjonali.

 

Delegati

Id-delegati huma eletti darba kull sentejn  waqt il-laqgħat ġenerali tal-Kumitati tal-Ħaddiema. Id-delegati huma s-sisien tal-Union. Huma jirrappreżentaw il-gruppi differenti ta’ ħaddiema membri fil-GWU. Huma jaħtru l-uffiċjali tal-Union u fuqhom, miġbura fil-Kungress Nazzjonali jew Konferenza Nazzjonali, taqa’ r-responsabbiltà għall-aħjar tmexxija tal-GWU.

 

Sħubija

Il-GWU hija miftuħa għall-ħaddiema kollha irrispettivament mill-istatus tagħhom, orjentazzjoni sesswali, reliġjon, paga jew salarju. Il-Pensjonanti u ż-Żgħażagħ jistgħu wkoll jissieħbu fl-Union permezz tal-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-membri huma organizzati skont il-professjoni, is-settur jew sengħa tagħhom.