TOP


GWU

 Legali

L-għan ewlieni tal-General Workers’ Union huwa li ġġib ’il quddiem ir-risq u l-ġid tal-imsieħba fil-qasam tal-impjieg taghom u tikseb għall-imsieħba livell ta’ għajxien xieraq mal-progress taż-żminijiet.

Il-GWU tiddikjara li żżomm fil-għoli d-dinjità tax-xogħol u tagħmel minn kollox biex iġġib ’il quddiem dawn id-drittijiet tal-ħaddiema: 

(a)  Ġustizzja Soċjali flimkien ma’ opportunitajiet indaqs għal għajxien ħieles u diċenti;

(b)  Xogħol għal kulħadd bid-dritt li tagħżel l-impjieg tiegħek, liema dritt m’għandu jiġi mxekkel mill-ebda diskriminazzjoni; 

(ċ) Sigurtà tal-impjieg u tal-ħlas li tkun intitolat għalih u drittijiet oħra;

(d)  Ħarsien u Protezzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;

(e)  Id-dritt tar-rappreżentanza f’dak li jirrigwardja l-interessi tal-ħaddiema; 

Dan il-GWU tagħmlu fl-ambitu tad-dritt li jtuha l-liġijiet ta’ pajjiżna skont kif provduti fl-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali Kap 452 u l-liġijiet sussidjarji tiegħu. 

Għal aktar tagħrif dwar il-Kap 452 u l-liġjiet sussidjarji tiegħu għafas hawn: http://www.justiceservices.gov.mt/lom.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoid=452&lid=2