TOP


GWU

 

Il-GWU ttejjeb l-kundizzjonijiet tal-impjegati fl-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika



23012017

Il-General Workers’ Union laħqet ftehim mal-amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika li permezz tiegħu se jkunu qed jitjiebu l-kundizzjonijiet u l-benefiċċji għall-impjegati. Dan se jsir wara li l-GWU kisbet l-għarfien ewlieni bħala l-unjin tal-maġġoranza tal-ħaddiema.

Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Jeremy J Camilleri stqarr li dan il-ftehim huwa rikonoxximent tal-ħidma imwettqa mill-impjegati fl-Uffiċċju tal-President u għaldaqstant għandu jservi biex dawn ikomplu jtejbu l-ħidma tagħhom.

Il-ftehim kien iffirmat f’isem il-ħaddiema mis-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Jeremy Camilleri u mill-Assistant Segretarju tal-istess taqsima George Zahra. F’isem l-amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-President il-ftehim kien iffirmat mis-Segretarju tal-President Carmel Briffa.