TOP


GWU

 

Il-COU tikkundanna atti kontra uffiċjali tal-ħabs



24012017

Il-Correctional Officers’ Union (COU) affiljata fi ħdan il-General Workers’ Union tikkundanna l-atti li f’dawn l-aħħar jiem saru fil-konfront ta’ uffiċjali tal-ħabs, fosthom dak li seħħ fuq residenza privata ta’ wieħed minn dawn l-uffiċjali.

Il-COU-GWU filwaqt li tapprezza l-interess li ntwera mill-awtoritajiet tal-ħabs f’dan l-aħħar att, b’mod speċjali mid-Direttur tal-Ħabs Pawlu Debattista li b’mod immedjat offra l-għajnuna kollha meħtieġa, tisħaq li għandu jsir dak kollu possibbli biex ikunu protetti l-uffiċjali tal-ħabs.
Il-COU-GWU tistqarr li din mhijiex l-ewwel darba li l-uffiċjali tal-ħabs spiċċaw vittmi ta’ azzjonijiet fil-konfront tagħhom minħabba d-dmir li jwettqu bħala uffiċjali pubbliċi. Għal daqstant tisħaq li filwaqt li atti bħal dawn mhumiex aktar aċċettabbli, l-awtoritajiet għandhom jaraw li jiħraxu l-pieni kontra dawk li jinstabu ħatja ta’ dawn l-atti.