TOP


GWU

 

Ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Medichem u Combino



27012017

Il-General Workers’ Union u l-management tal-kumpaniji Medichem u Combino ffirmawftehim kollettiv għall-ħaddiema taż-żewġ kumpnaiji rispettivi. Dan il-ftehim kien l-ewwelwieħed li l-GWU ffirmat f’isem il-ħaddiema tal-Medichem u jkopri perjodu ta’ erba sninfilwaqt li dak ta’ Combino jkopri perjodu ta’ tlett snin.

B’dawn il-ftehim kollettiv, il-ħaddiema taż-żewġ kumpaniji qed igawdu żidiet fil-pagikifukoll titjib f’diversi benefiċċji u kundizzjonijiet tal-impjieg. Il-qbil u l-iffirmar ta’ dawn il-ftehimkollettiv wera li l-managemnt qed iqis lil ħaddiema bħala element importanti għat-tkabbir tal-kumpaniji.

Is-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija Rita Dimech irringrazjat lill-ħaddiema tal-fiduċja li wrew fir-rapreżentanti tagħhom li nnegozjaw dawn il-ftehim kollettivlill-istessrappreżentanti għall-impenn li wrew matul in-negozjati kif ukoll lill-management ta’ Medichem u Combino għal mod kif mxew waqt in-negozjati

Il-ftehim kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġijja Rita Dimech, mix-Shopsteward ta’ Medichem Kevin Buhagiar u mix-Shopsteward ta’ Combino Edward Borg. Dino Mangion, Head of Malta Operations u Josette Mifsud, Head of Accounts, Administration u HR iffirmaw f’isem iż-żewġ kumpaniji.