TOP


GWU

 

L-oppożizzjoni nazzjonalista b’ġustizzja selettiva



07022017

Il-General Workers’ Union tilqa’ b’mod seren id-deċiżjoni tal-oppożizzjoni li timxi ’l quddiem bil-kawża għaliex temmen li fil-Qorti bħala Union se jkollha l-opportunità ssostni l-argumenti tagħha. Argumenti bbażati fuq pariri legali li ngħatat, li l-GWU kellha kull dritt li tikri lil terzi parti mill-bini tagħha ħalli tiffinanzja ħidtmietha bħala għaqda tal-ħaddiema.
 
Iżda fl-istess waqt, il-Union ma tistax ma tikkummentax dwar l-arroganza politika tal-oppożizzjoni nazzjonalista, ewlieni fosthom il-membru parlamentari Jason Azzopardi, li jippretendu li qed ifittxu ġustizzja fejn diġà għamluha ta’ ġudikanti, prosekuturi u ġurati u ddeċiedew kontra l-GWU. Il-membru parlamentari Jason Azzopardi ma jistax ikun kredibbli li jitkellem dwar ġustizzja għaliex il-ġustizzja li jfittex hu, skont il-kejl ta’ għemilu, hija waħda selettiva. L-ebda azzjoni meħudha minnu u mill-oppożizzjoni ma tista’ tnessi x’tip ta’ ġustizzja kiseb Azzopardi fuq il-kwistjoni fil-bejgħ tal-art tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi.
 
Fl-arroganza politika tagħha l-oppożizzjoni nazzjonalista mhijiex tfittex ġustizzja iżda, b’kull mezz possibbli, twettaq attakk fuq il-GWU.