TOP


GWU

 

Il-GWU tikseb kundizzjonijiet aħjar għal ?Court Recorders’



04052017

Wara negozjati li saru bejn il-General Workers’ Union u l-amministrazzjoni tal-Qrati intlaħaq qbil biex l-impjegati fil-grad ta’ Court Recorders jibdew jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar għall-impjieg tagħhom. Grazzi għal dan il-ftehim fil-fatt l-impjiegati f’din it-taqsima issa se jkollhom titjib fl-iskala tas-salarju tagħhom Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Jeremy Camilleri qal li l-GWU hija sodisfatta li l-amministrazzjoni tal-Qrati kif ukoll tal-Public Administration Collective Bargaining Unit fehemu l-ħtieġa li l-impjegati f’din it-taqsima jkollhom titjib fis-salarju tagħhom. Il-ftehim kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Jeremy Camilleri u mill-Assistant Segretarju George Zahra. F’isem l-amministrazzjoni tal-Qrati ffirmaw Frank Mercieca Direttur Ġenerali tal-Qrati, Johan Galea Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja, kultura u Gvern Lokali, Thomas Woods Kap tat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Mario Grixti Deputat Kap tat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.