TOP


GWU

 

Ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-lukanda Vivaldi



04052017

Il-General Workers’ Union u l-management tal-lukanda Vivaldi f’San Ġiljan iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema. Dan il-ftehim se jara titjib fil-kundizzjonijiet u benefiċċji ġenerali tal-ħaddiema għall-erba’ snin li ġejjin.

Is-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Kenny Muscat qal li grazzi għat-tisħiħ fis-settur turistiku li esperjenzat Malta f’dawn l-aħħar snin, ippermetta biex il-lukanda tkun f’pożizzjoni aktar b’saħħitha biex ittejjeb il-qagħda tal-ħaddiema tagħha. Fil-fatt grazzi għal dan il-ftehim il-ħaddiema, wara diversi snin, se jgawdu minn żidiet fil-paga.

Il-ftehim kollettiv kien iffirmat f’isem il-ħaddiema mis-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel Kenny Muscat u mix-Shop Steward Noel Depasquale. F’isem il-managemenet tal-lukanda ffirmaw il-General Manager Giacomo Magi u d-Deputy Manager Abdelnasser Elbishary.