TOP


GWU

 

Il-GWU tikkundanna l-aggressjoni fuq uffiċjal ta’ detenzjoni



04072017

Il-General Workers’ Union tikkundanna bil-qawwa kollha l-aggressjoni li seħħet fuq uffiċjal tas-Servizzi ta’ Detenzjoni waqt il-qadi ta’ dmirijietu ġewwa ċ-ċentru miftuħ fil-Marsa. Il-GWU filwaqt li lesta toffri l-għajnuna kollha possibbli lill-uffiċjal involut, teżiġi li f’post daqstant delikat dawn l-uffiċjali għandhom jingħataw l-protezzjoni kollha possibbli biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom.

Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU Jeremy Camilleri jisħaq li: “Dan il-każ juri s-sensittività tax-xogħol imwettaq mill-Uffiċjali ta’ Detenzjoni u għaldaqstant dawn l-uffiċċjali għandhom ikunu mħarsa minn sitwazzjonijiet simili.”