Home
Who we are
Structure
Main Structures
Administrative Setup
Central Administration
Sections
Associations
Branches
Subsidiaries
History
Social revolution
Social Dialogue
Labour legislation
Struggle
International
Affiliations
European
International
Projects
Profile
International Affiliations
Join
Benefits
Membership Package
Help Desk
Job Seekers
Join Us
Information on rates
Membership Form
Communication
News / Press Releases
Articles
Notices and Events
Publications
Policy papers
Speeches
Reports
Books
Magazines
Campaigns
Research
Online Polls
Reseaech Documents
TV and Radio
Links
Facilites
Museum Egalité
Art Gallery Liberte’
Health & Safety
Turu Micallef Institute
Education
Reggie Miller Foundation
Courses
Unilang
Seminars and Events
Contact us
Articles
Is-siegħa waslet!
2/25/2010
Tony Zarb
Secretary General
Print
Nhar il-Ħadd li ġej fit-3.30 p.m. fil-Belt hi s-siegħa tal-poplu, fejn il-poplu se jkollu l-opportunità li jsemma leħnu.
Din se tkun is-siegħa tal-prova għall-poplu. Dawk kollha li jinsabu imweġġgħin b’dak li qiegħed jiġri fil-pajjiż, speċjalment bit-tariffi tad-dawl u l-ilma, nhar il-Ħadd li ġej, posthom hu l-Belt.
Issa wasal iż-żmien li l-poplu jibgħat messaġġ ċar lill-Gvern, li ma jistax jaċċetta aktar sitwazzjoni fejn il-Gvern jibqa’ għaddej minn fuq il-poplu u għall-Gvern qisu mhu qiegħed jiġri xejn. Nhar il-Ħadd fil-Belt se jkun il-poplu li jsemma leħnu u se jkun ta’ għajb għall-Gvern, jekk mhux se jisma l-għajta tal-poplu. Il-poplu jinsab muġugħ u għalhekk hemm bżonn li l-poplu jiġi meħlus minn dan l-uġiegħ.
Bħala Għaqda Unjins Maltin, li din l-għaqda hi magħmulha mill-G.W.U. u l-Forum, qegħdin norganizzaw din il-protesta nazzjonali għax inħossu l-polz tal-poplu speċjalment tal-ħaddiema, pensjonanti u l-familji tagħhom. Aħna nafu minn xiex għaddej il-ħaddiem. Aħna nafu minn xiex għaddej il-poplu. Aħna bhala unjin responsabbli m’għamilniex bħal unjins oħrajn, li meta qegħdin jaraw li l-poplu jbati telgħu fil-gallarija.
Mhux biss qagħdu gallarija imma saħansitra qegħdin jiġu wżati bħala forċina mill-Gvern Nazzjonalista biex jagħmlu ħsara lill-Protesta Nazzjonali. Lil dawn il-unjins jew aħjar lil dawn l-uffiċjali tal-unjins ngħidulhom li l-ħaddiema li huma jirrapreżentaw qegħdin ibatu huma wkoll.
Iżda hu ta’ sodisfazzjon għalina, li l-ħaddiema li huma rappreżentati mill-unjins li baqgħu fil-gallerija qegħdin jitkellmu magħna u jgħidulna li nhar il-Ħadd huma flimkien mal-familji tagħhom se jattendu għal din il-protesta.
Dawn il-ħaddiema wrew id-diżapprovazzjoni tagħhom għal mod kif il-unjins li jirrappreżentawhom abdikaw mir-responsabili-tà.
Hawn tajjeb li nsemmu wkoll lis-Sur Paul Abela, il-President tal-GRTU, meta biex joġgħob lill-Gvern tiegħu, għoġbu jqabbel il-protesta ma’ “purċinellata”.
Lis-Sur Abela ngħidulu li dak li qegħdin nagħmlu bħala unjins qegħdin nagħmluh anke għall-ġid tal-membri tiegħu, għax jekk il-poplu ma jkollux x’jonfoq, il-membri tas-Sur Abela se jbatu wkoll. Missek tistħi Sur Abela u tkomplix tkun forċina għall-Gvern tiegħek. Ikun aħjar għalik li ġġib l-interessi tal-membri tiegħek u mhux tħalli l-passjoni u l-politika tiegħek tiġri bik.
Minkejja kull tfixkil li qiegħed ikollna, aħna persważi li nhar il-Ħadd il-poplu se jwieġeb bi ħġaru u m’huwa se jħalli lil ħadd jintimidah. Iva, nhar il-Ħadd il-poplu se jagħmel il-kuraġġ u jattendi għall-protesta.
L-appell tagħna hu lejn il-poplu u ngħid l-istess poplu biex iqum u juri li f’Malta is-saħħa tal-poplu ma jista’ għaliha ħadd. Nuru wkoll li l-poplu hu determinat li jibqa’ għaddej bil-protesta tiegħu.
Messagg
Niltaqgħu nhar il-Ħadd fit-3.30 p.m. il-Belt
<
February 2012
>
Sun
Mon
Tue
Wed
Thu
Fri
Sat
29
30
31
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
28
29
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
19/1/2012
Iffirmat ftehim kollettiv gdid bejn il-GWU u l-BOV
12/1/2012
Il-GWU f'tilwima mal-MCCAA
4/1/2012
L-2011 kienet sena ta’ suċċessi għall-GWU… 4,155 membru ġdid