Articles

Manifestazzjoni Leħen il-Poplu

3/1/2010
Geitu Mercieca
Print

 

ILLUM il-Ħadd l-aħħar jum ta’ Frar, 2010 se jibqa’ ttimbrat bħala l-jum li l-poplu Malti u Għawdxi ta bidu għall-ħelsien bil-mixja tiegħu fit-toroq tal-Belt biex isemma’ leħnu fuq il-weġgħat li għandu. Meta gvern bl-arroganza kbira tiegħu jip-prova jidher li mhux qed jagħti widen għall-karba li kontinwament iwassallu l-poplu, huwa dritt sagrosant li l-messaġġ jasal għandu billi l-poplu jinżel fit-toroq.

Il-Prim Ministru, jemmen kemm jemmen li qiegħed jagħmel is-sewwa bid-deċiż-jonijiet li jieħu, madanakollu jekk fl-istess ħin jemmen fid-demokrazija, allura għandu jisma’ u jaġixxi bis-serjetà fuq dawk il-messaġġi li jkun qed jibgħatlu l-poplu. Il-Prim Ministru aktar qed juri kemm jieħu gost jisma’ lilu nnifsu jgħid li kollox miexi sew u li l-pajjiż se jirnexxilu jegħleb il-kriżi, milli jisma’ l-verità li qed jesperjenza l-poplu.

L-ilsien mal-art ta’ dawk tad-dawra miegħu żgur mhux jgħin lill-Prim Ministru biex jieħu l-aħjar deċiżjonijiet fl-interess tal-pajjiż u l-poplu tiegħu. L-aħjar deċiżjonijiet mhux dejjem ikunu dawk li bihom isolvi fl-iqsar żmien possibbli dak li wieħed jaħseb li huma l-kawżi tal-problemi. Ġieli jkun aktar ta’ ġid li l-problema titkisser u l-piżijiet jinġarru minn min jiflaħ l-ak-tar, iżda jidher li dan il-gvern qatt ma jesplora dawn il-pos-sibbiltajiet.

Huwa dan li qed jiġri f’dan
il-pajjiż, li l-ewwel il-gvern
jieħu d-deċiżjonijiet arbitrar-jament, imbagħad wara jiġi biex taparsi jipprova jraqqa’ u jsewwi l-ħsarat ikkawżati minn dawn id-deċiżjonijiet. Ħafna drabi jkunu laqgħat ta’ informazzjoni fuq deċiżjonijiet meħuda diġà. Huwa għalhekk li l-poplu, hu x’inhu l-kulur politiku tiegħu, qed igerger, jilmenta u qed jibgħat il-mes-saġġ li issa ma jiflaħx aktar u se jinżel jipprotesta.

Din mhix kwistjoni tal-membri tal-GWU jew tal-familji tagħhom biss, inkella tal-membri tal-ħdax–il union l-oħra. Lanqas m’hi l-aġenda ta’ xi partit politiku, bħalma hawn min qed jipprova jwassal b’mod malinn u manipulattiv, għax hu personalment għan-du aġenda politika ma’ dawk li għalihom ħlief kuluri partikolari ma jarawx f’dan ilpajjiż.

Il-verità hi li din se tkun protesta tal-poplu kollu kontra l-arroganza ta’ gvern li għalih is-soluzzjonijiet isibhom biss billi jirrombla fuq dawk li ma jaqblux miegħu, jew li huma l-inqas b’saħħithom. Fi ftit kliem, il-gvern tilef is-sensittivita tiegħu u qiegħed f’dawn l-aħħar snin jieħu d-deċiżjonijiet mingħajr l-ebda ħarsien soċjali.

Għalhekk personalment ma niddejjaqx li nibqa’ nirrepeti kemm ikun hemm bżonn, fuq dak li hawn min jaħseb li l-poplu jrid li jibqa’ jisma’ kliem fieragħ, bħal li s-soluzzjonijiet jinstabu madwar mejda u mhux bil-protesti fit-toroq. Konna ilna snin niddiskutu madwar l-imwejjed tondi u kwadri, fuq kif il-gvern kien qed jgħolli t-tariffi tad-dawl u l-ilma.

Kulħadd jiftakar meta Minis-

tru kien ġie fil-laqgħa tal-

MCESD jagħmel preżentaz-zjoni ta’ kif se jkun imponut dak iż-żmien is-surcharge u kif dan il-Ministru dak inhar injora kull kumment li sar mill-imsieħba soċjali. Dan l-istess ministru reġa’ għamel l-istess, meta snin wara, minflok is-surcharge daħħal sistema li kulma għamlet kienet li tefgħet eluf ta’ ħaddiema, pensjonanti u familji fi kriżi serja.

Bħala GWU jidhrilna li jkun tajjeb li nkunu ċari mal-ħaddiema u allura tajjeb li l-ħaddiema jifhmu li dawk l-organizzazzjonijiet li jir-rappreżentaw il-postijiet tax-xogħol fejn jaħdmu, mhux se jappoġġjaw din il-manifestazzjoni, anki jekk dawn l-employers wara bibien magħluqa jgħidulna b’mod persistenti li għandna raġun ninżlu fit-toroq.

Irridu ngħidu li tkun ferm diffiċli għalina li l-ħaddiema jkunu konvinċuti minna bħala unions, meta ngħidulhom biex jagħmlu sagrifiċċji, għax il-kumpanija fejn jaħdmu tkun għaddejja mid-diffikultajiet. Fuq kollox it-theddid fuq l-impjiegi ġej mill-istess gvern li huma kontinwament jappoġġjaw f’kull ma jagħmel, u mhux minn xi żidiet li jagħtu lill-ħadiema. Iż-żidiet fit-tariffi weġġgħu lil kulħadd: kemm jekk int ħaddiem żgħir, industrijalist, sid ta’ ħanut, manager tal-bank, pensjonant, single mother, int x’int, u għalhekk ħadd m’għandu jibża’ jsemma’ leħnu.

Żgur li għalhekk bħalissa hu ta’ solliev għall-poplu, li ġej minn kull strata tal-ħajja, li l-appoġġ li qiegħdin jagħtuh l-unions kollha fi ħdan l-Għaqda Unions Maltin, akkost it-tajjir u l-attakki personali li jirċievu, qiegħdin ifittxu li jkunu forċina għalih. L-Għaqda Unions Maltin ma jiddejqux li qiegħdin hemm bħala forċina għall-poplu, għax hi r-responsabilità tagħhom li jgħinuh meta jkun qed iġorr dawk il-piżijiet.

L-unions fi ħdan din l-għaqda mhumiex se jagħmlu bħal dawk l-unions li jitkellmu biss għall-gallerija u li jridu lill-poplu jaċċetta l-piżijiet enormi. Dan għax dawn il-unions bil-fatti jafu li t-tariffi għolja m’humiex konsegwenza biss taż-żieda fil-prezz taż-żejt. Għalhekk, iva, importanti li noħorġu l-ipokrezija ta’ dawk l-unions, li minflok ifittxu l-interessi tal-ħaddiema, dejjem issibhom lesti b’kull skuża biex jiddefebdu l-istess pożizzjoni tal-gvern, anki meta jafu li l-poplu hu mgħaffeġ u ma jiflaħx għall-piżijiet dejjem jiżdiedu minħabba l-inkompetenza tal-maniġġjar ta’ dan il-pajjiż. Il-poplu mitlub jieqaf igerger u joħroġ jipprotesta fit-toroq.