|
3/6/2010
|
|
Geitu Mercieca
|
|
Dep. Sec. General - Admin & Sections
|
Print
|
Jghidu
li l-ispiżjar milli jkollu jagħtik. Gejtu Vella tal-UĦM jippretendi li apparti
d-dritt tiegħu jekk jaqbilx jew le iżda għandu xi dritt li jindaħal x’jagħmlu
unjins oħrajn ukoll. Jekk dawn ma jagħmlux kif jgħid hu joħroġ jattakka u
jfixkel ix-xogħol ta’ unjins oħrajn. Dan dejjem jagħmlu imma biss skont
il-Gvern tal-ġurnata. Ħaseb li l-poplu għandu memorja qasira u jista’ jitmejjel
bih billi jikxef sidru u jgħid li hu xi indipendenti u ma jdaħħalx politika
meta jagħmel hekk.
Hemm il-gazzetti u l-filmati li jikxfuk Sur Gejtu Vella tal-UĦM. Dan Gejtu
Vella tal-UĦM għandu manija u fissazzjoni li kull meta jitkellem jew jikteb xi
ħaġa jrid jattakka l-GWU. U bir-raġun għax il-GWU mibnija fuq sisien sodi u ta’
principji li akkost ta’ kollox għaliha l-ewwel il-ħaddiem u l-familja tiegħu.
Aħna nafu li Gejtu Vella tal-UĦM għandu problema għax bħala unjin mhux kapaċi
li tagħmel l-aħjar għall-ħaddiema għax l-aktar li tasal l-unjin li jmexxi hu li
taċċetta dak kollu li jkun irid il-maniġment mingħajr l-approvazzjoni
tal-ħaddiema.
Nafu Wkoll li dan Gejtu Vella, Mexxej tal-UĦM, jasal li jagħmel minn kollox ma’
Ministru biex jitneħħa ħaddiem minn postu kontra r-rieda tiegħu għax dan
il-ħaddiem kien qed jaqdi id-dmirijiet kif suppost u kif kien obbligat li
jagħmel.
L-aqwa li Gejtu Vella tal-UĦM jiftaħar li hu difensur tas-sewwa. Dan Gejtu
Vella tal-UĦM imexxi unjin li għall-pubbliku titkellem kontra li l-‘employers’
idaħħlu ħaddiema b’sistema ta’ ‘self-employed’ imbagħad isib li dejjem aċċettat
li tħalli maniġment jimpjega ħaddiema taħt kundizzjonijiet ta’ ‘self-employed’
bħal m’għamlet biex insemmi post tax-xogħol wieħed, meta kellha
r-rappreżentanza tal-ħaddiema tal-Maltapost. Mhux ta’ b’xejn li l-ħaddiema
tal-privat mhux jafdawhom.
Ħafna huma l-esperjenzi tal-ħaddiema membri tal-UĦM li qegħdin jindunaw u
jitgħallmu għas-spejjeż tagħhom stess kif jiġu milgħubin. Biżżejjed il-ħaddiema
jħarsu lejn xi ftehim kollettiv li tiffirma għalihom il-UĦM biex jaraw jekk
ikunx ftehim ixaqleb naħa waħda lejn il-maniġment.
Dan l-aħħar qegħdin naqraw spiss, stqarrijiet mill-UĦM minħabba fatt li
s-salarju ta’ ħaddiema tal-Gvern fi skala 18 ma ngħatawx l-għoli tal-ħajja li
ġie mogħti fil-bagit għal din is-sena.
L-ipokrezija ta’ dan hi li din l-unjin taf li ħames snin ilu kienet iffirmat
il-ftehim tal-Gvern b’din il-kundizzjoni. Iżda issa għaliex stembħet u wasal li
jiġi revedut il-ftehim kollettiv taparsi bħas-soltu tilagħab għall-gallerija.
Dan hu ftit mil-qerq li taġixxi bih il-UĦM u taħseb li tista’ tibqa’ tidher li
hi xi difensur kbir tal-ħaddiema.
Jekk wieħed ifittex fil-gazzetti u naraw x’qal Gejtu Vella fuq it-talba li
kienet saret f’Diċembru, 2009, biex jiltaqa’ l-MCESD fuq it-tariffi qabel dawn
jidħlu fis-seħħ, issib li minflok fittex biex jipproteġi l-interessi tal-membri
aktar kien jinteressah li dan ma jiltaqax u b’hekk il-Gvern jibqa’ għaddej
bir-rieda tiegħu li jmur kontra dak li jrid il-poplu.
L-argumenti li nisimgħu mingħand is-Sur Gejtu Vella tal-UĦM mhux li jikkundanna
l-Gvern li ma ħasibx biżżejjed f’dawn l-aħħar 20 sena biex ineħħi
l-ineffiċjenza li konsegwenza tagħhom issa jrid ibati għalihom il-poplu, iżda
biss li la ż-żejt għola m’hemmx triq oħra ħlief li l-poplu jħallas.
Għal dan Gejtu Vella, Mexxej tal-UĦM, issa hu tajjeb u aċċettabbli, għax
fis-sena 1998 ma kienx, li nħallsu dawk il-kontijiet li qegħdin nirċievu kemm
tal-arloġġ kif ukoll tad-drenaġġ xi ħaġa li m’għandha x’taqsam xejn mal-prezz
taż-żejt.
Dan ifisser li anki jekk ma taħlix, xorta dawk il-pensjonanti, dawk il-familji
li jgħixu bil-paga minima jridu jħallsu għal dawn is-servizzi milli għall-użu
tad-dawl u tal-ilma. Jgħidilna Gejtu Vella tal-UĦM li dejjem ikun fuq quddiem
biex jattakka l-unjins l-oħrajn mingħajr ebda provokazzjoni ħlief li dawn
għandhom dritt jiddeċiedu għalihom u ma jkunu forċina tal-ebda Gvern jekk dan
hux gideb.
Jista’ jkun hemm xi dubju minn dak li naqraw, naraw u nisimgħu li l-UĦM mhux
fergħa tal-Partit Nazzjonalista meta tara li Gejtu Vella tal-UĦM kontinwament
jidher fil-midja tal-PN, imur jitkellem taħt it-tinda jiddefendi politika
tal-PN, jiftiehem ma’ Ministru tal-Gvern kontra ħaddiem u għal darb’oħra issa
aktar jiddefendi lill-Gvern fuq miżuri li jgħaffġu l-familji milli lil dawk
il-membri u l-familji tagħhom li jippartjenu l-unjin tiegħu.
Jiġi żmien li nfakkruh għal dak li qiegħed illum jiddefendi bħalma llum
infakkruh meta l-unjin tiegħu talbet żieda ta’ €25 fil-ġimgħa u kien ġie jaqa’
u jqum milli jitkissru l-industriji, jieqaf l-investiment u jintilfu
l-impjiegi.
Jew meta Gejtu Vella tal-UĦM għalaq il-Freeport bil-kontejners. Imma li dan
qatt ma sar fi żmien il-Gvern attwali tgħid kumbinazzjoni Sur Gejtu Vella
tal-UĦM li tgħid li ma titkellimnx u ma daħħalx il-politika.
Sur Gejtu Vella tal-UĦM jekk xbajt tagħti servizz fit-trejdunjoniżmu itlaq u
tibqax tkun magħruf għall-firda li ta’ kull darba toħloq fil-moviment
trejdunjonistiku.
Żgur li l-Gvern ma jħallikx mingħajr impjieg.