Articles

Riformi

6/6/2010
Geitu Mercieca
Print

Kif jgħidu, jekk ma tbiddilx titqammel u dan jagħmel sens f’kollox, anki f’dawk li huma organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet, li ħafna drabi jitmex-xew b’mod professjonali, aħseb u ara jekk dawn ikunu f’idejn nies li ma jafu xejn, xi tfisser li timmaniġġja. It‑tibdil meħtieġ hu importanti, speċ-jalment fil‑ħsieb u allura anki fl‑ideat u l‑valuri.

Il‑mentalità aġġornata ta’ kif naraw u niddeċiedu dwar l‑affarijiet minn perspettivi differenti hi importanti. U dan anki jekk inkunu personalment komdi dwar kif ikunu l‑affa-rijiet u anzi li, jekk inmissu jew inbiddluhom, nistgħu nkunu qegħdin nirriskjaw li nwarrbu l‑kumdità li nkunu qegħdin ngħixu fiha.

Ħafna jkunu dawk l‑organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet li għal numru ta’ snin kienu b’saħħithom, iżda għar‑raġu-nijiet ta’ nuqqas ta’viżjoni ntilfu fi strutturi ta’ burokraziji li ma għarfux jimxu maż‑żmi-nijiet, tant li finalment missew il‑qiegħ u spiċċaw falluti.

Jekk nagħtu daqqa t’għajn lejn ix‑xenarju lokali u nduru dawra miegħu, naraw li llum fl‑isfera politika għandna żewġ partiti politiċi, li bil‑mod tagħhom, anki jekk ikun hemm min ma jaqbilx, qegħdin ifittxu li jinfetħu aktar milli qatt kienu. U dan, prinċiparjament qegħdin jagħmluh, biex jil-ħqu lil dawk il‑votanti li għal xi wħud jissejħu floating voters, iżda li fir‑realtà, fil‑maġġoranza tagħhom, huma votanti li f’xi perjodu f’ħajjithom kienu jħaddnu t‑twemmin ta’ partit jew ieħor.

Barra minn hekk, ħafna huma dawk li ma baqgħux jagħrfu d‑differenza bejn il‑partit li ħaddnu dejjem f’ħajjithom, ma’ dak il‑partit li dejjem opponew u għalhekk iħossuhom mifxula, anki meta xi ħadd dak li jkun qed iwettaq, ikun fl‑interess tagħhom. Żgur li naqblu li l‑evolviment hu meħtieġ f’kull organizzazzjoni jew istituzzjoni, jekk din trid tibqa’ teżisti, anzi aktar mal‑persuni fit‑tmexxija jippos-ponu deċiżjonijiet ta’ tibdil għal żminijiet oħra, flok li jeħduhom fi żmien oppor-tun, iktar hemm ċans li dawn jibqgħu mfakkrin għall‑falliment, milli għas‑suċċess.

F’dinja mgħaġġla u progressiva fejn it‑tibdil hu kontinwu, b’mod speċjali bil‑progress teknoloġiku, li jaqtagħlek nifsek bil‑firxa u l‑veloċità tiegħu, huwa faċli li xi persuni jibqgħu marbuta ma’ perjodi fil‑ħajja, li għalihom kienu l‑isbaħ żminijiet. Donnu li jippreferu jibqgħu joħolmu li l‑affarijiet jistgħu jitranġaw bil‑mod u kważi kważi jistennew xi ‘miraklu’. Fil‑fatt lil dawn aktar issibhom li jibbażaw l‑aktar fuq il‑filosofija li ‘iż‑żmien isolvi l‑problemi kollha’. Oħrajn jgħixu bit‑tama li l‑affarijiet jerġgħu jiġu kif jgħidu ‘to the good old days’.

Iżda f’dinja globalizzata mimlija sfidi, kulma jmur qegħdin naraw li dawk li lanqas b’saħħithom, qegħdin ifittxu kenn biex ma’ oħrajn jingħaqdu ħalli b’xi mod jew ieħor ikunu jifilħu jilqgħu għad‑daqqiet u jipproteġu l‑eżistenza tagħhom. Hekk għamlu numru ta’ unions kemm fl‑Ingilterra kif ukoll fl‑Istati Uniti, li għandhom l‑istess interessi komuni, in-għaqdu mhux taħt l‑umbrella ta’ konfederazzjoni, iżda fil‑veru sens tal‑kelma bħala union waħda akbar.

B’dan il‑mod qegħdin jer-ġgħu jmorru lura għal bażi billi jżarmaw dik il‑fragmazzjoni ta’ ħafna unions żgħar, li matul is‑snin dgħajfitilhom ħafna mis‑saħħa li kellhom bħala unions stabbiliti. Sfortunatament f’pajjiżna ma nistgħux ngħidu meta hemm ċans li naslu għal dan, għax għalkemm l‑interess tal‑unions huma l‑ħarsien u l‑protezzjoni tal‑kundizzjonijiet tal‑ħaddiema, iżda fejn tidħol l‑ideoloġija u l‑influwenza tagħhom, din sal‑lum hija xi ħaġa li tbegħedna minn xulxin, b’dannu kemm għas‑solidarjetà tal‑ħaddiema u aktar għall‑moviment tal‑ħaddiema.

L‑unions ma jistgħux jib-qgħu jinjoraw, li min‑naħa l‑oħra l‑livell edukattiv tal‑maġġoranza tal‑ħaddiema tal‑lum, u l‑aktar ta’ dawk li telgħin, hu wieħed għoli li hemm li jġegħelhom iħossuhom abbli biżżejjed, li m’għandhomx bżonn xi union tassistihom fejn jidħlu kundizzjonijiet, drittijiet u obbligi. Aktar minn hekk jidher, li dawn jikkonsidraw il‑kuntratt tax‑xogħol biss bħala xi ħaġa legali, għaldaqs-tant jemmnu, li hu aktar parir ta’ avukat li għandhom ifittxu milli trejdunjunist.

Ir‑realtà hi li llum il‑menta-lità qegħda tinbidel u ħafna ħaddiema żgħażagħ u anki dawk akbar fl‑età qegħdin ifittxu konsulenza fil‑qasam tax‑xogħol u l‑parir legali mingħand l‑avukati. Dan kollu jidher li ġej mill‑fatt li l‑poplu lanqas m’għadx baqagħlu dik il‑lealtà jew il‑fiduċja lejn il‑mexxejja u allura f’dan il‑punt l‑aktar li jinteressahom hu xi gwadan personali, li jistgħu jakkwistaw malajr aktar milli l‑ġid komuni.

Dak li qed jiġri fid‑dinja tax‑xogħol, qed jibgħat mes-saġġi ċari li żgur għalina l‑unions f’Malta hemm bżonn li bis‑serjetà nieqfu nitkellmu u b’urġenza nibdew nagħtu l‑passi għar‑riforma sħiħa għat‑tibdil tant meħtieġ, li skont jiena diġà qegħdin tard fih.