|
8/11/2010
|
|
Tony Zarb
|
|
Secretary General
|
Print
|
Dan
l-aħħar kelli l-okkażjoni li niltaqa’ ma’ grupp ta’ ħaddiema li ġejjin minn
diversi oqsma ta’ xogħol differenti. Magħhom kelli l-opportunità li, mhux biss
nisma’ min għandhom il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom fuq il-post
tax-xogħol, imma wkoll kif dawn il-ħaddiema jħarsu lejn l-unjin tagħna u
x’jippretendu mill-istess unjin. Wieħed minn dawn il-ħaddiema li ġej mill-qasam
tal-elettronika qalli li huwa jixtieq li l-GWU tkompli tħares l-impjiegi
tal-ħaddiema kif ukoll jixtieq jara lill-GWU tinvolvi ruħha f’kwistjonijiet
ta’ livell nazzjonali. Min-naħa tiegħu qal li huwa jara li l-unjin għadha
relevanti għax kieku ma kinitx il-GWU, il-ħaddiema marru ferm u ferm agħar.
Tfajla ħaddiema oħra qalet li tixtieq li tara lill-unjin aktar attiva fejn
għandhom x’jaqsmu n-nisa fuq il-post tax-xogħol. Hija qalet li kemm-il darba
semgħet stqarrijiet min-naħa tal-unjin dwar in-nisa fuq il-post tax-xogħol
imma hija taħseb li, bħala GWU, tista’ tagħmel aktar. Hija qalet li, bħala omm
żagħżugħa u li għandha tarbija, qiegħda ssibha ferm diffiċli biex tieħu
lit-tarbija tagħha f’‘child care centre’ għax ma tistax taffordja li, parti
sostanzjali mill-paga tagħha, jkollha tħallasha għas-servizzi taċ-‘child care’.
Hawn joħroġ l-argument li l-GWU ilha tagħmel u hemm bżonn li ċ-ċentri fejn jinżammu
t-tfal għandhom ikunu aċċessibbli, speċjalment min-naħa finanzjarja.
Fost il-grupp ta’ ħaddiema li ltqajt magħhom kien hemm koppja żagħżugħa li t-tnejn
li huma jaħdmu b’kuntratt tax-xogħol definit. Huma qaluli li, meta ġew
impjegati, kellhom diffikultà biex jiffirmaw il-kuntratt tax-xogħol għax, min
iħaddimhom, ma tahomx l-opportunità li jieħdu parir qabel ma jiffirmaw.
Min-naħa tagħna għednielhom li, bħala GWU, aħna nagħtu servizz lill-ħaddiema.
Huma ħafna dawk il-ħaddiema li jirrikorru għandna bħala unjin biex nagħtuhom
pariri dwar il-kuntratt tax-xogħol.
Kien hemm ukoll żewġ ħaddiema ta’ età avvanzata. Dawn tkellmu magħna dwar
l-esperjenza twila tagħhom fid-dinja tax-xogħol. Huma tkellmu fis-sens ta’ kif
raw il-ħidma tal-GWU matul iż-żmien u kif il-GWU rnexxielha taddatta ruħha
għaż-żminijiet, mingħajr ma nsiet il-prinċipji tagħha.
Dan il-grupp ta’ ħaddiema tkellmu wkoll fuq il-problemi u d-diffikultajiet li
jħabbtu wiċċhom magħhom fuq il-post tax-xogħol u stqarrew bl-aktar mod ċar li
hawn il-GWU għandha tkompli turi l-qawwa tal-ħidma tagħha. Kien ta’
sodisfazzjon għalina li l-messaġġ li tawna dawn il-ħaddiema kien wieħed ċar li
jridu li l-GWU tkompli taħdem fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħhom.
Min-naħa tagħna se nkomplu naħdmu fl-interess tagħhom u tal-familji tagħhom.
Messaġġ
Il-messaġġ tagħna llum imur lejn dawk il-ħaddiema kollha li jinsabu bil-vaganzi
tas-sajf. Lil dawn il-ħaddiema nawgurawlhom vaganzi mill-isbaħ mimlijin ġid,
hena u saħħa.