News

Iz-zghazagh m'ghandhomx jigu sfruttati

Is-Segretarju Generali tal-GWU, Tony Zarb, sahaq li ghandu jieqaf l-isfruttament fuq iz-zghazagh kif ukoll huwa importanti li z-zghazagh Maltin u Ghawdxin ikollhom impjieg diċenti. Zarb qal dan meta kien qieghed jaghmel id-diskors tal-gheluq ta’ seminar tal-Fondazzjoni Reggie Miller fis-sensiela “Taht il-Lenti.”

Tony Zarb qal li hawn zgha­zagh li qeghdin johorgu mill-Università u jew ma jsibux impjieg jew jithaddmu b’kundiz­jonijiet inferjuri u dan wara snin ta’ studju. Huwa qal li z-zghazagh Maltin ghandhom ihar­su lejn l-opportunitajiet ta’ xoghol barra minn Malta bhal ma hija l-Unjoni Ewropeja. Imma dawn l-opportunitajiet m’ghan­dhomx ikunu ghax f’Malta ma jkunx hawn opportunitajiet u ghalhekk irridu li noholqu opportunitajiet f’paj­jizna ghal dawn iz-zghazagh, qal Zarb.

 

Is-Sur Zarb fakkar kif f’Malta hawn hafna zghazagh li ghaddejjin minn zminijiet diffiċli l-aktar dawk li tilfu l-impjieg u b’hekk ghaddejjin minn problemi minhabba impenji li kienu ghamlu meta kellhom impjieg. Huwa semma fost l-ohrajn dawk il-koppji zghazagh li hadu self mill-banek biex jibdew futur. Ma’ dawn iz-zgha­zagh irridu nuri solidarjetà.

Huwa semma li hawn haddiema zghazagh li ghalkemm iridu jidhlu fi trejdunjin, xi haga li ghandhom id-dritt li jaghmlu skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, qeghdin jigu mheddin minn min ihaddimhom biex ma jidhlu fl-ebda unjin.

Is-Segretarju Generali tal-GWU qal li rridu nuruhom x’inhuma l-htigijiet li l-pajjiz se jkollu fil-futur biex huma jadda­taw ruhom ghal dawn il-htigijiet. Zarb sahaq li l-haddiema zgha­zagh ghandhom ikollhom bilanċ fejn ix-xoghol u l-hin liberu u li ma jigux ‘infettati’ bl-egoizmu.

Fl-ahharnett Tony Zarb fakkar kif kienet il-GWU li dejjem riedet li l-haddiem iharsu lejh fit-total kollu tieghu bhala bniedem shih. Huwa qal li kienet il-GWU li proponiet gimgha ta’ hamest ijiem xoghol.

F’dan is-seminar saru interventi minn tliet kandidati li se jikkontestaw ghall-Elezzjoni tal-PE, Glenn Bedingfield (PL), Roberta Metsola Tedesco Tri­cass (PN) u Arnold Cassola (AD).

Glenn Bedingfield qal li huwa importanti li l-haddiem ikollu impjieg fiss u sigur. Huwa semma l-haddiema tat-Tarzna li l-Gvern warrabhom u spiċċaw barra. Huwa veru li kien hemm min sab impjieg iehor, imma dan kien impjieg b’paga hafna inqas milli kellu meta kien haddiem tat-Tarzna.

Bedingfield qal li l-istess qieghed jigri fil-kumpanija GO li qeghda toffri somma flus biex il-haddiema jitilqu u jekk ma jaċ­ċettawx dawn jispiċċaw bla impjieg. Dan wara li dawn l-istess haddiema kienu nghataw garanzija li ma kienux se jitilfu l-impjieg.

L-MEP Laburista qal li l-ewwel priorità ghall-pajjiz ghand­ha tkun ix-xoghol diċenti ghax mhux kull xoghol jghodd. Il-pajjiz ghandu jkollu vizjoni ta’ fejn irid imur ghax b’hekk biss jista’ jinholoq ix-xoghol li jkun diċenti u li jrodd lura liz-zgha­zagh l-investiment li jkunu ghamlu fihom infushom u li jrodd lura lis-soċjetà dak li tkun investit fiz-zghazagh.

Glenn bedingfield qal li trid issir iktar hidma biex il-pajjiz iqarreb lejn xulxin id-dinja tax-xoghol u l-edukazzjoni. Sal-lum ghadna nahdmu bis-sulluzzu fejn jigi investiment, bhalma gara fil-kaz ta’ Smart City, imbaghad nibdew nahsbu kif se nharrgu z-zghazagh biex jimlew il-postijiet tax-xoghol li johloq dak l-investiment. B’dan il-mod zgur qeghdin nabbinaw l-edukazzjoni mal-htigijiet tal-pajjiz.

Il-gvern, sostna Bedingfield b’ghemilu mhux qed jaghti priorità ghall-holqien tax-xoghol meta ghadd ta’ pajjizi ohrajn, inkluz fl-UE, qed jaraw kif jagh­mlu biex iharsu l-impjiegi. Il-Gvern Nazzjonalista jaghmel bil-kontra.

Min-nahat taghha Roberta Metsola Tedesco Tricass sahqet li l-haddiema tat-Tarzna li aċċet­taw li jiehdu s-somma, sabu impjieg iehor.

Il-kandidat tal-Alternattiva Demo­kratika, Arnold Cassola qal li l-intraprizi zghar, fejn hemm minnhom li jhaddmu madwar ghaxar haddiema, mhumiex jibbenifikaw minn skemi tal-UE.

Semma ukoll kif filwaqt li pajjizi ohrajn fl-UE qeghdin inaqqsu r-rata tal-VAT biex jaghtu nifs lill-industrija, il-Minisru Fenech qal li mhux se jikkonsidra li jaghmel l-istess alumenu mhux qabel il-Bagit ta’ Novembru li gej.

Prezenti ghal dan is-seminar kien hemm ukoll il-President tal-GWU, Victor Carachi, id-Deputat Segretarju Generali tal-GWU Geitu Mercieca u segretarji tat-taqsimiet differenti.