News
Il-gustizzja socjali hija l-bazi tal-GWU
Is-Segretarju Generali tal-GWU Tony Zarb qal li l-principju tal-gustizzja socjali huwa l-bazi tal-GWU. Huwa l-kman-dament li l-GWU ilha thaddan sa mit-twelid taghha u minkejja l-attakki li kontinwament isiru kontriha, il-GWU se tkompli thaddan dan il-principju fl-ahjar interess tal-membri taghha u l-familji taghhom.
Meta kien qieghed jaghlaq il-Konferenza Generali Bijennali tal-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU, Tony Zarb qal li din hija wahda mill-izjed konferenzi li jkun qieghed jistenna ghax l-anzjani huma persuni li minn-hom wiehed dejjem ghandu x’jitghallem.
Huwa ghamel referenza ghat-tliet mozzjonijiet li l-Ghaqda tal-Pensjonanti ressqet matul din il-laqgha.
Fl-ewwel mozzjoni, sar ap-pell lit-trejd unjins biex meta jkunu qeghdin jinnegozjaw ftehim kollettiv, jahsbu fl-eks haddiema ta’ dak il-post tax-xoghol partikolari, illum pensjo-nanti, biex huma wkoll igawdu mill-ftehim kollettiv fil-pensjoni taghhom. Tony Zarb qal li l-Kunsill Nazzjonali hatar kum-missjoni apposta u ghamel stedina lill-membri tal-kumitat biex jorganizzaw laqgha biex jindirizzaw din il-kwistjoni.
Dwar it-tieni mozzjoni, fejn l-Ghaqda tappella b’urgenza lill-Ministru responsabli biex b’mod immedjat jimpjega haddiema bizzejjed biex tonqos il-lista ta’ stennija fl-isptar, Tony Zarb qal li din mhijiex kwistjoni li ma tistax tissolva, izda hemm bzonn pjan holistiku u effettiv biex jindirizza din il-problema.
It-tielet mozzjoni tappella lill-Ministru biex jara li jitwaqqfu l-prezzijiet esagerati tal-medicini u jirrifletu l-livell tal-ghixien tal-poplu. Dwar din il-mozzjoni, Tony Zarb qal li mhuwiex accet-tabbli li l-medicini li qed ikoll-hom jixtru l-anzjani huma hafna oghla minn pajjizi Ewropej.
Is-Segretarju Generali tal-GWU qal li l-gholi tal-hajja qieghda tifni lill-pensjonanti u sena wara ohra kienet il-GWU li ghamlet talba wara ohra biex jittiehdu l-passi mehtiega biex l-anzjani jiehdu dak li haqqhom fiz-zieda ghall-gholi tal-hajja.
Huwa qal li hadd ma semma li kienet il-GWU li stinkat biex setghet tidhol fis-sehh din it-talba izda meta gie l-karru kul-hadd rikeb fuqu u beda jghid li kellu sehem fid-decizjoni.
Dwar l-ghajta tal-Gvern li gew salvati 2,000 impjieg, Tony Zarb qal li lanqas f’dan il-kaz, hadd ma tkellem li kienet bis-sahha tal-proposta tal-GWU li l-haddiema li waqqghulhom is-sighat ghal erbat ijiem, bdew jinghataw it-tahrig fil-hames gurnata u jithallsu tieghu u b’hekk kien li gew salvati l-impjiegi.
Huwa qal li l-haddiema tal-lum ghandhom ghalfejn jirrin-grazzjaw lill-anzjani li bil-hidma taghhom matul is-snin irnex-xielhom jiksbu diversi beneficcji li qabel ma kinux joholmu bi-hom u li bis-sahha ta’ dan l-impenn illum ghandna monument tal-‘welfare state’ f’pajjizna ibbazat fuq il-gustizzja socjali. Tony Zarb qal bis-sahha ta’ kull min hadem fiha, il-GWU twiel-det biex ma tmut qatt.
Fil-bidu tad-diskors tieghu, Tony Zarb sellem lil Gorg Agius u lil Frans Coleiro li hallew din id-dinja ftit tax-xhur ilu kif ukoll lil dawk li llum m’ghadhomx maghna.
Huwa ferah lil Leone Fenech ghall-hatra tieghu u rringrazza lill-kumitat il-gdid u lil dawk ta’ qablu ghall-hidma taghhom fl-Ghaqda tal-Pensjonanti.
Bzonn ta’ riforma shiha fl-Isptar - Il-Ministru John Dalli
Il-Ministru ghall-Politika Socjali John Dalli iddikjara li fl-Isptar Mater Dei hemm bzonn ta’ riforma shiha li tibdel b’mod drastiku l-kultura li ghandna mdor-rijin biha sal-lum.
Qal li llum ghandna sit-wazzjoni li ma timxi bl-ebda sinkronizzazzjoni.
“Is-sistema tas-sahha fil-prezent iddur mal-bzon-nijiet ta’ dawk li jipprovdu s-servizz minflok mal-bzon-nijiet ta’ dawk li ghandhom bzonn is-servizz,” qal il-Ministru.
Meta kien qieghed jiehu sehem f’forum matul il-kon-ferenza generali bijennali tal-Ghaqda Pensjonanti tal-GWU, il-Ministru John Dalli qal li fis-sistema mhaddma llum fl-Isptar Mater Dei hemm nuqqas kbir ta’ immaniggjar u din it-tra-dizzjoni nholqot matul is-snin u mxiet skont il-kum-dità ta’ min qieghed jaghti s-servizz.
“Irridu naraw li n-nies li jahdmu l-Isptar ikunu fil-post u fil-hin li jkun hemm bzonnhom, ghax is-sahha m’ghandhiex tkun deter-minata bil-mezzi li jkollu l-individwu,” sahaq John Dalli.
Hawnhekk, ghamel refe-renza ghall-kwistjoni tat-tobba u qal li meta l-Gvern ipprova jcaqlaq ix-xift tat-tobba biex dawk li jahdmu bil-lejl ikunu jistghu jicca-qalqu ghall-hinijiet fejn l-aktar ikun hemm bzonn-hom, dawn strajkjaw ghax huma izjed komdi jahdmu bil-lejl. Tkellem dwar il-bzonn li l-isptar jahdem izjed b’haddiema fulltajm milli part-ajm.
Dalli qal li din hija biss parti zghira mill-problemi li jridu jigu indirizzati u stqarr li ghaldaqstant mhux facli wiehed isolvi l-kwistjonijiet kif gieb u lahaq.
Fl-istess nifs, Dalli qal li l-poplu m’ghandux igerger mis-servizz li jinghata fl-Isptar ghax l-Isptar Mater Dei jitqabbel mal-aqwa sptarijiet fid-dinja, izda l-organizzazzjoni fi hdanu tista’ tkun hafna ahjar.
Fl-intervent tieghu matul il-forum, il-kelliem tal-Partit Laburista ghall-Politika Socjali Dr Michael Farrugia, b’referenza ghal dak li qal il-Ministru Dalli qal li l-poplu m’ghandux igerger mill-kura li jinghata fl-Isptar, u mhux mis-servizz li jinghata, kif qal il-Ministru.
Tkellem dwar il-problema ta’ nuqqas ta’ medicini u kif il-pensjonanti qed ikollhom jirrikorru ghal spejjez kbar biex jixtru l-medicini minn buthom, hafna drabi jisselfu minghand uliedhom.
Michael Farrugia qal li 60,000 tal-popolazzjoni Mal-tija tinsab fil-linja tal-faqar u l-Gvern ghandu r-respon-sabbilità li jara kif se jsolvi din il-problema.