News

L-attakki tal-PM mhumiex se jintimidawna - Tony Zarb

Is-Segretarju Generali tal-General Workers Union (GWU) Tony Zarb qal li l-attakki tal-PM Lawrence Gonzi fuq il-GWU mhumiex se jintimidaw il-hidma tal-union biex tkompli taq-bez ghad-drittijiet tal-haddiema, il-pensjonati u z-zghazagh. Tony Zarb qal dan waqt il-Konferenza Generali Bijennali tal-General Workers Union (GWU) Youths.

Zarb sostna li l-attakki min-naha tal-PM saru fuq il-GWU ghax din qieghda tghid il-verità lill-haddiema u mhix taqbel mar-retorika tal-Gvern li f’dan il-pajjiz kollox sejjer tajjeb. Sostna li f’pajjizna hawn haddiema li qieghdin jitilfu x-xoghol u l-kundizzjonijiet qieghdin jitnaqqrulhom kuljum. “Minflok jat-takkana l-PM ghandu jara kif jahdem maghna ghax ahna lesti li nahdmu ma’ kulhadd,” sahaq Zarb.

Fid-diskors tieghu, Tony Zarb ghamel referenza ghal artiklu li deher ilbierah fuq il-Gurnal in-Nazzjon, fejn intqal li l-GWU taqbel mal-proposta tal-PL dwar l-gholi tal-hajja. Il-kelliemi qal li l-GWU taqbel ma’ kull proposta li tista’ trahhas l-gholi tal-hajja. Irrimarka li l-PM ghandu jaghti garanzija li z-zieda fl-gholi tal-hajja ghandha tinghata shiha u lil kulhadd.

“Min-naha tieghu l-PM qed jghid li z-zieda tal-gholi tal-hajja se tinghata kif miftiehem fl-MCESD. Ahna ma nistghux naf-daw lill-Gvern dwar dan, ghax meta fl-imghoddi kien hemm nuqqas ta’ qbil fid-diskussjoni-jiet dwar il-patt socjali, il-Gvern qabad u nehha l-festi pubblici lill-haddiema.”

Fil-kuntest ta’ dan kollu Zarb wissa li z-zminijiet li Gejjin se jkunu difficli ghall-haddiema Maltin u Ghawdxin. Ghaldaqstant il-haddiema ghandhom jinghaqhdu ghax “il-haddiem rebah biss meta kien maghqud” sahaq Zarb.

Irrimarka li fil-futur se tissahhah il-hidma bejn l-amministrazzjoni tal-Union u l-Youths biex aktar zghazagh jersqu lejn il-GWU. Sostna li fil-GWU hemm post ghaz-zghazagh kollha, dawk universitarji, professjonisti u haddiema. Filwaqt li wera s-soledarjetà ma’ dawk iz-zghazagh li jinsabu ghaddejjin minn diffikultajiet, is-Segretarju Generali appella biex dawk iz-zghazagh li huma sfurttati fuq il-post tax-xoghol, jersqu lejn il-GWU halli din tkun tista taqbez ghad-drittijiet taghhom. Emfasizza ukoll fuq l-importanza li z-zghazagh jzommu s-soledarjeta bejtniehom, ghax b’hekk ikunu jistghu jiGGieldu ghad-drittijiet taghhom b’aktar sahha.

Fost il-problemi li qed jaffacjaw iz-zghazagh illum Zarb semma l-qghad li kompla jikber l-ahhar xhur. Sahaq li fil-hajja tieghu ta’ kuljum jiltaqa ma’ hafna studenti Universitarji li juru t-thassib taghhom isibu impjieg li huma mharrGa fih. Fi tmiem id-diskors tieghu Tony Zarb wieghed l-ghajnuna kollha lill-GWU Youths min-naha tal-amministrazzjoni Union.