News

Ezekuttiv gdid ghall-GWU Youths

Fil-25 ta’ Lulju l-GWU laqqghet il-laqgha generali taghha fejn inhatar ezekuttiv gdid bejn 2009 u l-2011. L-ezekuttiv il-gdid tal-GWU Youths se jkun maghmul minn dawn in-nies; Andre Borg, Vincent Marmara, Chris Cutajar, Andre Damato, Priscilla Muscat, Ryan Fiorentino, Noel Swain, Jonathan Attard u Byron Camilleri.

Waqt il-laqgha saru diversi diskorsi, fosthom minn Andre Borg, li kien chairperson ta’ din il-laqgha gene-rali. Hu tkellem dwar il-fatt li kull tant zmien ikun hemm bzonn li naggornaw ruhna billi nsibu modi godda ta’ kif nibqghu effettivi.

Qabel l-gheluq tal-laqgha tkellem is-segretarju l-gdid tal-GWU Youths Vincent Marmara. Matul id-diskors tieghu tkellem dwar il-hidima l-gdida tal-GWU Youths u spjega l-vizjoni tal-ghaqda minn hawn ’il quddiem fejn ta wkoll deskrizzjoni dwar il-pjan li l-GWU Youths se tkun qieghda tahdem fuqu.

Marmara tkellem dwar l-importanza ta’ immagni zaghzugha u friska u li b’ċertu entuzjazmu turi liz-zghazagh li l-GWU Youths qieghda hemm biex taghmel il-hajja taz-zghazagh ahjar. Huwa mportanti hafna li l-GWU Youths tfiehem u tara li d-drittijiet tax-xoghol taghhom dejjem jibqghu s-salvagwardjati, spjega s-Segretarju l-gdid tal-GWU Youths. Huwa mportanti li z-zghazagh jifhmu ezatt x’tista’ toffri l-GWU liz-zghazagh.

“Hemm diversi setturi ta’ zghazagh u diversi mezzi biex nuruhom dwar l-importanza li l-Union tkun il-habib taghhom,” qal Marmara. Il-GWU Youths waqt il-laqgha generali taghha qablet li tibda diversi kampanji, attivitajiet soċjali u attivitajiet ohra biex jizdied il-kuntatt dirett maz-zghazagh.

Fuq livell nazzjonali l-GWU Youths se tkompli tahdem biex tkun fuq quddiem nett fil-hidma bejn l-ghaqdiet taz-zghazagh f’Malta. Trid tkun effettiva fejn ghandhom x’jaqsmu drittijiet u prinċipji li jolqtu z-zghazagh. Fuq livell nazzjonali trid tara x’qieghdin jaghmlu l-barranin “biex inkunu nistghu nimitaw xoghol li qieghdin jaghmlu huma, inkunu nistghu niddiskutu maghhom ta’ x’jista’ jsir favur iz-zghazugh u fl-istess hin inkunu nistghu naqsmu r-rizorsi flim-kien halli b’hekk ilkoll inkunu qieghdin nibbenefikaw. Importanti li fuq livell internazzjonali nergghu nistab-bilixxu lilna nfusna b’mod tajjeb halli jizdied ir-rispett mal-barranin u b’hekk inkunu nistghu nsibu l-koperazzjoni taghhom meta jkollna bzonn,” qal Marmara.

Il-konferenza nghalqet minn Tony Zarb, Segretarju Generali tal-GWU, li tkellem dwar l-importanza tal-hidma taz-zghazagh fil-GWU.