News
Zghazagh minsijin, attivi jew akkuzati
Zghazagh minsijin, attivi jew akkuzati minn Christopher Cutajar, Assistent Segretarju – GWU Youths
L-ikbar htiega li qed nara
quddiemna z-zghazagh hija dik li norganizzaw rwiehna b’mod differenti. Ghandna
naraw li l-ghaqdiet li nkunu parti minnhom ikunu l-ghodda tal-progress, u mhux
iservu bhala makni ta’ riciklagg ta’ dak kollu li pajjizna gheja jara jsir
quddiemu. Dan huwa ezami tal-kuxjenza li qabel ma nheggu lil haddiehor biex
jaghmlu, jinhtieg li nkunu ahna minn tal-ewwel li naghmluh.
X’sar minnha l-politika
taz-zghazagh!?
Dawk li huma attivi fl-ghaqdiet
taz-zghazagh m’ghandhomx ikunu reqdin bhas-Segretarjat Parlamentari
ghaz-Zghazagh u l-iSport. F’Gunju li ghadda dawn qalulna li kienu qed iwaqqfu
kumitat biex tkun diskussa l-politika nazzjonali ghaz-zghazagh. Taw cans
sal-ahhar ta’ Awwissu biex jikkonsultaw mall-pubbliku u l-ghaqdiet
taz-zghazagh.
Minn dakinhar ma smajna xejn
iktar. Jien li qrajt l-abbozz tal-politika taz-zghazagh minn qoxra sa qoxra,
indunajt li ahjar qattajt dak il-hin nilghab xi loghba cess. Dan huwa kaz iehor
fejn il-konsultazzjoni ssir biex wiehed ihossu mismugh, izda fil-verita’ ma
jkun qed jinghata l-ebda kas.
Kunsill Nazzjonali
taz-Zghazagh
Il-KNZ wasal biex jibda sena ta’
hidma gdida. Dan huwa fformat minn ghaqdiet taz-zghazagh ta’ natura politika,
trejdjunjonistika, religjuza, u kulturali. Hafna drabi z-zghazagh li jifformaw l-ezekuttiv
ikunu gejjin minn ghaqdiet politici u trejdjunjonistici.
Nifhem li hafna miz-zghazagh
ikunu ambizzjuzi li jilhqu certi ghanijiet f’hajjithom. Madanakollu dan ma
jfissirx li l-ambizzjonijiet taghhom ghandhom ifixklu l-hidma ta’ dan
il-kunsill. Nemmen li f’din is-sena ta’ hidma li gejja, dawk eletti fuq dan
il-kunsill ghandhom jiddedikaw din is-sena ghall-Faqar u l-Eskluzjoni Socjali.
L-istess bhalma qieghda taghmel l-Unjoni Ewropea.
Dan il-kunsill jista’ jara kif
jimbarka fi progetti ma’ dawk l-ghaqdiet illi qed jiggieldu l-faqar
fil-kommunitajiet taghna, u jara x’inhuma l-htigijiet ta’ dawk iz-zghazagh li
huma fil-minoranza u li s-socjeta’ taghna tispicca twarrabhom. Huwa tajjeb li
jinzamm l-irwol organizzattiv u l-funzjoni tad-djalogu bejn iz-zghazagh, izda
huwa daqstant tajjeb li dawn l-organizzazzjonijiet jaghmlu gid li jinhass
bis-serjeta’.
Ir-Realta’ tac-Censura
Ahna z-zghazagh tal-GWU issehibna
fil-Front Kontra c-Censura. Jidhrilna li ma jistax ikun li l-awtoritajiet
jinqdew b’ligijiet ta’ zmien zemzem biex inawru l-liberta’ tal-espressjoni
f’pajjizna.
L-Universita’ ta’ Malta, flok
tkun istituzzjoni avantgardista f’pajjizna, spiccat qed tohrog ta’ istituzzjoni
ripressiva. Insulentat l-intelligenza tal-istess studenti li hija fdatha li teduka.
Hasbet li l-istudenti adulti fl-Universita’ m’ghandhomx gharfien bizzejjed
jaghzlu x’ghandhom jaqraw u x’m’ghandhomx jaqraw.
Jista’ jkun li din il-gazzetta
bl-isem ta’ Ir-Realta’ qed titpogga taht zmien iebes
mill-burokratici, l-awtoritajiet ekklezjastici u dawk civili, biex ma tkomplix
issemma’ lehinha dwar il-vizzji li jikkaratterizzaw lil dawn l-istess persuni u
awtoritajiet. Jekk Mark Camilleri huwa akkuzat li qed ixerred il-pornografija
f’pajjizna, allura bl-istess mod nistghu nakkuzaw lil dawk kollha li ghandhom
kumpanija li tipprovdi l-internet fid-djar tan-nies?
www.xellugi.blogspot.com
chriscut@onvol.net
http://www.facebook.com/christopher.cutajar
http://twitter.com/chriscutajar