News
Id-dħul f’union minn membri ta’ korpi dixxiplinati ... Il-GWU tistenna li l-PN jiddikjara li hu favur
IL-GWU qiegħda tistenna li l-PN
jagħmel bħall-PL u jiddikjara ruħu favur id-dritt tal-membri ta’ korpi
dixxiplinati li jid-ħlu f’union.
Il-union qalet li huwa ta’ sodisfazzjon għaliha li wara s-seminar li organizzat
dwar is-sħubija f’union tal-korpi dixxiplinati kienu bosta dawk il-ħaddiema
membri ta’ korpi dixxiplinati li apprezzaw dak li qiegħda tagħmel il-GWU
fl-interess tagħhom biex ikollhom dritt jissieħbu f’union.
Waqt li fakkret li dan is-se-minar għamlitu bl-appoġġ sħiħ tal-għaqdiet
tal-pulizija u suldati Ewropej, fosthom il-EuroMil u l-Eurocop, il-GWU qalet li
hija tapprezza d-dikjarazzjoni li għamel il-mexxej tal-Partit Laburista Joseph
Muscat meta stqarr li jaqbel mal-proposta tal-GWU biex il-pulizija, is-suldati,
il-membri tal-protezzjoni ċivili, gwardjani tal-ħabs u membri ta’ korpi
dixxiplinati oħra jingħataw id-dritt li jissieħbu fi trade union.
Id-dikjarazzjoni tal-mexxej laburisita tikkonferma dak li diġà ntqal
mid-deputat mexxej laburista Anġlu Farrugia u mill-kelliem tal-Oppożizzjoni
għall-Gustizzja u Intern Michael Falzon waqt is-seminar organizzat mill-GWU
fejn it-tnejn stqarrew li l-Partit Laburista jaqbel li membri tal-korpi
dixxiplinati jkollhom id-dritt li jissieħbu f’union.
Il-GWU qalet li wara d-dikjarazzjoni tal-PL hija qiegħda tistenna li anke l-PN
jagħmel dikjarazzjoni simili biex b’hekk wara l-qbil bejn iz-żewġ na-ħat
tal-Parlament jitressqu l-emendi meħtieġa għal-liġi biex id-dritt demokratiku
ta’ sħubija fil-union jingħata wkoll lil kull membri ta’ korp dixxiplinat.