News

L-GhUM tirringrazzja lill-poplu Malti


 

L-Għaqda Unions Maltin (GħUM) irringrazzjat lil dawk l-eluf kbar li wieġbu għas-sejħa tagħha u eluf kbar oħrajn li taw u qegħdin ikomplu jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom. Wegħdet ukoll li se tkompli tagħmel dak kollu possibbli skont il-liġi biex tħares l-interessi tal-ħaddiema u l-familji tagħhom.

 

Intant, fi stqarrija li ħarġet, l-Għaqda Unions Maltin ikkun-dannat mingħajr riserva l-insulti u diskors mhux xieraq fil-konfront tal-PM u xi membri parlamentari li saru minn sezzjoni żgħira ta’ nies li kienu jagħmlu parti mill-folla kbira waqt li nhar it-Tnejn, waqt li kienu qegħdin jiġu ppreżentati ittri dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma lil kull membru parlamentari.

“Dan il-grupp ta’ nies irres­ponsabbli m’għandu bl-ebda mod iħassar dak li rajna fil-Belt Valletta, il-Ħadd, 28 ta’ Frar, meta folla enormi ta’ eluf kbar ta’ ħaddiema u familji preokkupati bit-tariffi esaġerati tad-dawl u l-ilma daħlu l-Belt jimmanifestaw u jipprotestaw b’mod dinjituż u ċivili kif hu mistenni f’soċjetà ħielsa u demokratika bħalma hi s-soċjetà Maltija,” qalet l-GħUM.