News
Il-privatizzazzjoni tat-Tarzna: Il-GWU titlob laqgħa oħra mal-Gvern
Il-General
Workers’ Union għadha qiegħda tistenna laqgħa oħra mal-Gvern fit-tkomplija
tal-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-privatizzazzjoni tat-Tarzna. Il-GWU
qiegħda tistenna li ssir din il-laqgħa, issa li l-Gvern għażel bħala ‘preferred
bidder’ lill-kumpanija Taljana Palumbo għat-Tarzna ta’ Bormla.
Mit-22 ta’ Jannar li għadda sal-lum, il-GWU kitbet tliet ittri lill-Ministru
Tonio Fenech bl-aħħar waħda tkun fis-26 ta’ Frar li għadda. Il-GWU qiegħda
titlob li ssir laqgħa oħra biex jiġu ċċarati ċerti materji ta’ importanza
partikolarment dawk li jolqtu lill-ħaddiema li ma ħadux l-iskemi ta’ rtirar
kmieni u kif ukoll biex ikun aċċertat li l-arranġamenti, il-facilitajiet u
l-mezzi fir-rigward tas-‘safety’ ma jitnaqqsux meta l-operaturi l-ġodda
Palumba, jieħdu t-tmexxija tat-Tarzna ta’ Bormla f’idejhom. L-aħħar laqgħa bejn
il-GWU u l-Gvern kienet sa- ret fil-15 ta’ Diċembru li għadda.