News

Il-GWU tinnota zviluppi fis-sistema tal-Infurzar Lokali


Il-General Workers Union hija sodisfatta bl-izviluppi li thabbru l-bierah fir-riforma dwar l-infurzar lokali. Dan fid-dawl tal-fatt illi r-riforma tinkludi fiha bosta proposti mressqa mill-GWU l-iktar fejn jirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-gwardjani lokali u wkoll biex titjieb is-sistema ta’ kif isir l-infurzar lokali u s-sahha u sigurta` tal-haddiema.

Il-GWU, permezz tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi kienet tat sehem ewlieni u kostruttiv fil-process ta’ konsultazzjoni vera li kien sar biex wassal ghar-riforma mhabbra l-bierah mis-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said.

Fil-fatt, it-Taqsima kellha diversi laqghat kemm Gvern, mal-gwardjani lokali infushom kif ukoll mar-rapprezentanti taghhom biex setghet tissottometti bosta rakkomandzzjonijiet ghal titjib fis-sistema tal-infurzar lokali.

Il-GWU, filwaqt li tfahhar il-mod li bih Dr. Chris Said mexxa l-process, tittama illi dak li hemm propost fir-riforma jitwettaq bla dewmien u tittama wkoll illi s-sistema tal-infurzar lokali tkompli tigi mtejba  fejn u meta mehtieg. Huwa importanti li verament is-sistema titjieb u li l-impjieg tal-gwardjan ikun imsahhah fiz-zmien li gej u li kull min ghandu interess fis-sistema jahdem flimkien sabiex jintlahaq dan il-ghan. Ghaldaqstant il-GWU se tibqa tinsisti li dejjem izjed ilmenti tal-Gwardjani Lokali jigu ndirizzati

It-Taqsima, Professjonisti Finanzi u Servizzi tal-GWU, permezz tas-Segretarju Cory Greenland ilha zmien tghid li hemm bzonn titjib fis-sistema u ovvjament hadmet bi shieh sabiex il-veduti tal-gwardjani jaslu ghand l-awtoritajiet.

“Sodisfatti li hafna minn dak li konnha qed nitkellmu dwaru, fil-fatt gie addottat. Fiducjuzi li s-sistema ser tmur ghall-ahjar permezz tar-riforma. Ovvjament ikun ghad baqa materji li wiehed ikun irid jibqa jahdem fuqhom ghax l-ebda riforma ma` tkun issodisfat kull problema li jkun hemm. Madankollu minn dak li gie imhabbar, huwa ovvju li s-sistema ta` ghada ser tkun ahjar minn ta` ilbierah. Izda ser inkomplu nahdmu flimkien mal-gwardjani kollha biex immexxu il-quddiem l-ahjar interessi taghhom bhala haddiema li sfortunatament mhux dejjem ikun apprezzat ix-xoghol difficli taghhom u l-qaghda generali li jkunu jahdmu fiha fi hdan is-sistema.”

Ghaldaqstant, it-Taqsima se tlaqqa lil gwardjani lokali membri taghha biex tfissrilhom id-dettalji tar-riforma mhabbra u taddotta l-pozizzjonijiet mehtiega bi qbil mal-gwardjani. Dawn il-laqghat ukoll ghandhom iwasslu ghal bidu tan-negozjati dwar il-ftehim kollettiv ghal gwardjani lokali impjegati ma diversi operaturi lokali li huma rapprezentati mill-GWU