News
Il-GWU tistenna laqgħa mal-Gvern
Fi
spazju ta’ ftit aktar minn xahar bejn it-22 ta’ Jannar u s-26 ta’ Frar ta din
is-sena, il-General Workers’ Union kitbet tliet ittri lis-Sur Tonio Fenech,
Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li fihom qanqlet materji fosthom
l-impjiegi, il-faċilitajiet u arranġamenti tas-saħħa u s-sigurtà u kif ukoll
il-ħaddiema li ma ħadux l-iskemi ta’ rtirar kmieni. Fil-fatt il-GWU qiegħda
tistenna laqgħa mal-Ministru Fenech u dan qabel mal-Gvern jiffinalizza
mal-operaturi l-ġodda fir-rigward tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna.