News
Min imur kontra l-weghdi tieghu ikun qed imur kontra r-rieda tal-poplu
Wara li l-bierah fil-Parlament l-Onor Robert Arrigo talab lill-Ispeaker biex jindaga u jiehu passi kontra s-Segretarju Generali tal-GWU, s-Sur Tony Zarb ghax stqarr li l-membri tal-Gvern huma tradituri tal-poplu, is-Sur Zarb jiddikjara li min iwieghed u ma jwettaqx ikun qed imur kontra r-rieda tal-poplu u ghalhekk ikun qed jittradixxi lill-istess poplu.
Min qed jara lill-poplu jbati u bil-vot tieghu fil-Parlament jaqbel li jkompli jghabbi pizijiet fuq il-poplu kuxjenzjozament ikun qed jittradixxi b’ghemilu. Dawk maghzula mill-poplu biex jirrapprezentawh fil-Parlament meta jivvutaw kontra r-rieda tal-istess kostitwenti li jkunu eleggewhom ikunu qed jittradixxu lill-istess kostitwenti.
Min ma jridx jittradixxi lill-kostitwenti tieghu irid jaghzel bejn is-siggu parlamentari u l-fiducja fil-poplu.
Fl-ahharnett, is-Segretarju Generali tal-General Workers Union, Tony Zarb jiddikjara li ebda attentat mill-Onor Arrigo mhu se jaghlaqlu halqu jew se jzommu milli jkompli jesprimi ruhu favur il-poplu Malti u kontra min qed jittradixxi lill-istess poplu.
Id-dritt tal-espressjoni jipprevali fic-cirkustanzi u l-poplu se jkun qed jinnota min qed jaghmel tantattivi biex jaghlaq halq il-unions.