News

Tony Zarb: Ħadd mhu se jagħlaqli ħalqi!

Mistoqsija: X’jissejjaħ min imur kontra l-wegħdi tiegħu stess u kontra r-rieda tal-poplu li qed jirrappreżenta?! Tony Zarb: Ħadd mhu se jagħlaqli ħalqi!

 

 

Wara li nhar t-Tnejn fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo talab lill-Ispeaker jindaga u jieħu passi kontra Tony Zarb, is-Segretarju Ġene­rali tal-General Workers’ Union, għax dan stqarr li l-membri tal-Gvern huma tradituri tal-poplu, is-Sur Zarb iddikjara li min iwiegħed u ma jwettaqx ikun qed imur kontra r-rieda tal-pop­lu li jirrappreżenta u għalhekk ikun qed iwassal għal tradiment.

Min qed jara lill-poplu jbati u bil-vot tiegħu fil-Parlament jaqbel li jkompli jgħabbi piżijiet fuqu kuxjenzjożament ikun qed jittradixxi b’għe­milu. Meta dawk magħżulin mill-poplu biex jir­rap­pre­żentawh fil-Parlament jivvotaw kontra r-rieda tal-istess kostitwenti tagħhom ikunu wkoll qegħdin jittradixxu l-istess fiduċja murija fihom.

Min ma jridx jittradixxi lill-kostitwenti tiegħu jrid jagħżel bejn is-siġġu parlamentari u l-fiduċja fil-poplu.

Fl-aħħar nett, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU ddikjara li l-ebda attentat mill-istess Arrigo jew sħabu fil-Parlament mhu se jagħlaqlu ħalqu jew iżommu milli jesprimi ruħu favur il-poplu Malti u kontra min illum qiegħed jittradixxih.

Id-dritt tal-espressjoni jipprevali fiċ-ċirkos­tanzi u l-poplu se jkun qed jinnota min qed jagħ­mel tentattivi biex jagħlaq ħalq l-unjins.