News
Seminar bejn il-GWU u s-CGIL: Ħaddiema żgħażagħ jiddiskutu x-xogħol
Żgħażagħ
minn diversi pajjiżi fil-Mediterran ilbieraħ bdew jiddiskutu l-kundizzjonijiet
tax-xogħol tal-ħaddiema żgħażagħ fir-reġjun Ewro-Mediterranju f’seminar
organizzat bejn il-GWU u l-Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL).
Is-seminar infetaħ ilbieraħ b’introduzzjoni tad-Deputat Segretarju Ġenerali
(Internazzjonali) Michael Parnis segwit b’diskorsi ta’ Serena Sorrentino,
Segretarju tac-CGIL Nazionale; Vince Marmara, Segretarju tal-GWU Youths u
s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli
Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said.
Is-seminar ikompli llum b’diskussjoni fost il-parteċipanti dwar ix-xogħol
prekarju u l-ħaddiema żgħażagħ fl-isfond tal-kriżi ekonomika u soċjali li fost
oħrajn laqtet l-Ewropa u l-Mediterran.
Se jsiru wkoll diskorsi kemm mis-Segretarju Ġenerali tas-CGIL Campagnia Michele
Gravano kif ukoll dak tal-GWU Tony Zarb.