News

Il-GWU ticcara dwar l-Air Malta

It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-General Workers Union tirreferi ghall-intervista f’gurnal lokali nhar il-Hadd 25 ta' Lulju mill-Ministru tal-Finanzi, s-Sur Tonio Fenech partikularment ghal dak li gie rappurtat li qal dwar l-Air Malta. Il-GWU ma tistax thalli ghaddejjin certu kummenti li saru u ghaldaqstant qed ticcara dak li ntqal li ma kienx jirriflettix il-verita.

 

Filwaqt li t-Taqsima tirrikonoxxi li l-Ministtru Fenech ghandu dritt ghall-opinjoni tieghu u ghal vizjoni ta’ kif ghandhom isiru certu affarijiet, ma tista qatt izda taccetta l-fatt li biex jissostanzja certu argumenti jirrikorri ghal affarijiet mhux veritieri.

 

Jista jkun li l-Ministru Fenech jew hu infurmat hazin jew hemm min qed jizgwidah ghal ragunijiet tieghu. Il-kaz li semma l-Ministru fir-rigward ta’ kif isir l-overtime fl-Air Malta huwa ferm il-boghod minn kif isiru l-affarijiet fil-kumpanija

 

Is-settur li rrefera ghalih il-Ministru, cioe x-xoghol tar-rampa, illum il-gurnata jsir b’hafna flessibilita u qed ikun imgebbed b’mod li kemm jista jkun il-kumpanija ma jkollhiex ghalfejn tirrikorri ghall-overtime. Il-Ministru dan jista jiccekkjah facilment mal-management tal-kumpanija. Ghaldaqstant mhux minnu dak li qal il-Ministru Fenech illi f’kaz ta’ overtime qed jidhlu seba’ haddiema meta jkun hemm bzonn ta’ haddiem wiehed. Din hija gidba.

 

Li s-sitwazzjoni finanzjarja prezenti tal-Air Malta hija nkwetanti, m’hijix tort tal-haddiema. Il-Ministru jaf x’qed thallas il-kumpanija ghal fjuwil li tuza. Barra minnhekk il-GWU tfakkar li is-sitwazzjoni tal-lum hija riperkussjoni ta’ decizjonijiet zbaljati ferm li ttiehdu fl-imghoddi bhal kaz tax-xiri tal-RJ’s li faqqru lill-kumpanija, l-Azzurra Air u l-impjiegi zejda li ddahlu b’ghan politiku tul dawn l-ahhar 20 sena.

 

Ma jfissirx izda li l-Air Malta m’ghandhiex tibqa tal-istat tant hu hekk li ghal snin twal bosta entitajiet tal-Gvern, fosthom l-Air Malta, kienu kumpaniji profitabbli u li minnhom gawda l-poplu kollu.

 

Dak li stqarr il-Ministru li Gvern jimpjega lin-nies tieghu f’kumpaniji tal-istat mhi xejn hlief decizjoni politika zbaljata. Il-poplu qatt ma jeleggi nies biex jagixxu b’dan il-mod, izda jeleggihom biex imexxu l-entitajiet pubblici fit-triq it-tajba. Jekk il-Gvern ghandu f’mohhu li biex kumpanija tkun profitabbli ghandna nirrikorru ghal xoghol prekarju u tnaqqis tal-kundizzjonijiet tax-xoghol, il-GWU tghidlu li ma taqbel xejn ma dan ghax il-haddiema tal-Air Malta diga gew imgeghla jaghmlu s-sagrificcji meta qablu fuq il-Memorandum of Understanding.

 

Kemm-il darba l-GWU gibdet l-attenzjoni dwar sub-contractors li qed jaghmlu xoghol partikulari fl-Air Malta u jhaddmu l-impjegati taghhom b’kundizzjonijiet mizeri.

 

Ukoll jekk il-gvern qed jirraguna li biex entita tal-gvern tkun profitabbli bilfors trid tkun privatizzata, il-GWU issostni li dan l-argument ma jregix. Mhux biss ma jregix imma huwa argument kontradittorja ghal dak li jghid il-Gvern li hafna drabi stqarr li l-Air Malta hi assi importanti ghall-ekonomija Maltija.