News
Il-GWU ttejjeb il-kundizzjonijiet fil-Foster Clark

Il-ħaddiema
kollha fil-gradi ta’ supervisor, quality assurance technicians u store keepers
li jaħdmu mal-kumpanija Foster Clark, kisbu żidiet sostanzjali fil-pagi u
benefiċċji oħrajn permezz ta’ ftehim kollettiv ġdid li t-Taqsima Ospitalità u
Ikel tal-GWU kkonkludiet u ffirmat mal-maniġment tal-kumpanija.
Dan il-ftehim kollettiv ġie ffirmat ftit
ilu, wara li kien approvat mill-ħaddiema waqt laqgħa li saret għalihom.
Il-ftehim kollettiv ikopri l-perjodu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Jannar, 2010
sal-31 ta’ Diċembru, 2012. Minbarra bonus għal din is-sena u żieda fil-pagi,
il-ftehim jipprovdi għal żieda fil-performance bonus u fix-shift allowance.
Għan-naħa tal-GWU l-ftehim kollettiv ġie ffirmat minn Josef Bugeja, Segretarju
tat-Taqsima Ospitalità u Ikel, ir-rappreżentant tat-Taqsima Kevin Camilleri u
r-rappreżentanti tal-ħaddiema John Galea u Ray Ellul.
Għan-naħa tal-Foster Clark il-ftehim kien iffirmat minn Steve Vella u Jason
Zammit.