News
Il-GWU tesprimi soghba ghal-mewt tal-Professur Demarco
Il-General Workers Union thossha ixxokkjata bl-ahbar gharrieda tal-mewt tal-President Emeritus, il-Proferssur Gwido Demarco. F’dan il-mument ta’ niket, l-Amministrazzjoni Centrali tal-GWU tibghat il-kondoljanzi u s-solidarjeta taghha lil mart u wlied il-Professur Demarco.
Il-GWU tibqa tiftakar lill-Professur Demarco bhala politiku qalbieni li ggieled ghall-interessi tal-poplu Malti u li tul il-karriera pubblika tieghu huwa kien politiku gentlom mal-avversarji politici tieghu.
Fil-memorja taghha, il-GWU se tibqa tghozz lill-Professur Demarco mhux biss illi kien l-ewwel President tar-Repubblika li zar il-GWU u anki indirizza l-Kungress Nazzjonali tal-Union imma wkoll illi kien huwa li inawgura ufficjalment il-muzew u l-gallerija tal-arti fil-kwartieri tal-Union fil-Workers Memorial Building, il-Belt.
Il-Professur Demarco se jibqa miftakar ukoll ghall-appogg li dejjem ta’ lill-GWU fil-hidma trejdunjonistika taghha fl-interess tal-haddiema u tal-pajjiz tant li huwa baqa f’kuntatt mal-GWU biex isegwi l-andament tax-xoghol f’Malta, anki wara li temm il-kariga ta’ President tar-Repubblika, sahansitra sa nhar l-Erbgha stess, is-Segretarju Generali tal-GWU Tony Zarb kien f’kuntatt mal-Professur Demarco.