News
Pagi u kundizzjonijiet ahjar ghall-haddiema industrijali tal-Kullegg St. Edward
Il-haddiema industrijali, kemm dawk full-time, kif ukoll dawk part time tal-Kullegg St. Edward kisbu zidiet fil-pagi u kundizzjonijiet ahjar permezz ta’ ftehim kollettiv gdid li t-Taqsima Ospitalita u Ikel tal-GWU ikkonkludiet u ffirmat mat-tmexxija tal-kullegg.
Il-ftehim kollettiv huwa ghal tliet snin b’effett mill-Ewwel ta’ Jannar 2010 u jiskadi fl-ahhar ta’ Decembru 2012. Il-Ftehim Kollettiv jipprovdi ghal zjieda fil-pagi ghall-haddiema apparti kull zjidiet statutorji li jinghataw b’kumpens ghall-gholi tal-hajja.
Kien hemm titjib ukoll fl-ghadd ta’ sieghat li jahdmu l-haddiema part-timer, zieda fit-terminal benefits kif ukoll titjib fil-processi amministrativi biex il-kullegg jahdem ahjar.
Il-ftehim gie ffirmat minn Josef Bugeja, Segretarju tat-Taqsima Ospitalita u Ikel, Kevin Camilleri Rapprezentant tat-Taqsima u x-shop steward Joseph Desira, ghan-naha tal-GWU, filwaqt ghall-kullegg iffirmaw is-surmast ta’ l-iskola M. Chittenden u S. Bruno.