News

Il-GWU tifrah lill-haddiema eletti fil-Fondazzjoni tal-BOV

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU, li tirrapprezenta hafna impjegati fil-Bank of Valletta, tifrah lill-impjegati li l-bierah kienu eletti fil-Board of Trustees tal-Fondazzjoni tal-Impjegati tal-BOV.

 

Filwaqt li taghmel dan, it-Taqsima ma tistax ma tinnotax b’dispjacir li din l-elezzjoni, li normalment issir b’mod indipendenti hafna, din id-darba kienet imcajpra b’attentat min-naha tal-MUBE biex isir block vote favur tliet kandidati pprezentati mill-istess MUBE. Dan il-pass kien jimplika wkoll, ghaldaqstant it-tnehhija ta’ dawk l-impjegati li kienu qed ifittxu li jigu ri-eletti, minghajr ma nghatat ebda kunsiderazzjoni ghal hidma valida li dawn wettqu b’risq il-haddiema fis-snin li ghaddew.

 

Fid-dawl ta’ dan, il-GWU, mhux biss ma qablitx mal-block vote imma wkoll appellat lill-haddiema biex ma jappoggjawx lil dawk ipprezentrati mill-MUBE. Fortunatament, il-maturita tal-haddiema rebhet tant li l-inzjattiva tal-block vote falliet ghal kollox, u dawk ipprezentati mill-MUBE irtiraw il-kandidatura taghhom ftit hin qabel saret il-votazzjoni. B’hekk gew eletti dawk l-impjegati li kienu jgawdu l-fiducja assoluta tal-maggoranza tal-haddiema.

 

Ir-rizultat tal-elezzjoni huwa messagg car li l-haddiema mhu se jaccettaw ebda block vote f’elezzjoni ta’ membri fuq Fondazzjoni awtonoma fil-BOV kif ippruvat taghmel il-MUBE.

 

Il-GWU, ghaldaqstant filwaqt li tawgura lill-impjegati eletti, tesprimi s-sodisfazzjon taghha illi l-maturita u r-raguni rebhu u tittama li l-MUBE tifhem illi inizjattivi bhalma ppruvat taghmel hi  m’humiex mixtieqa u huma destinati li jfallu.

 

Il-Fondazzjoni Impjegati BOV twaqqfet fis-snin Disghin meta l-Bank kien gie parzjalment privatizzat. L-ghan tal-Fondazzjoni kien li l-Gvern jghin lill-impjegati jkollhom ishma kollettivi fil-Bank u b’hekk ikollhom fejn jinvestu. Il-Fondazzjoni twaqqfet mill-Gvern flimkien mal-GWU u l-MUBE u kellha titmexxa b’mod awtonomu u indipendenti mill-impjegati tal-bank li huma beneficjarji tal-Fondazzjoni.