News
Ftehim Kollettiv gdid ghall-impjegati ta’ Nuance
Nhar il-Hamis 26 ta’ Awwissu,2010, gie ffirmat Ftehim Kollettiv gdid bejn it-Taqsima Marittima u Avjazzjoni u l-Kumpanija Nuance.
Dan il-Ftehim Kollettiv, li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru,2010 u l-31 ta’ Dicembru,2014 huwa l-ewwel wiehed ma’ din il-Kumpanija, minn meta’ hadu t-tmexxija tal-hwienet, “duty free” fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Qabel, dawn il-hwienet kienu jiffurmaw parti mill-Air Supplies, Kumpanija sussidjarja ta’ l-Air Malta, li barra dawn il-hwienet kellha ukoll il-catering li jintuza fuq l-ajruplani.
Id-diskussjonijiet kienu twal u iebsin, fejn it-Taqsima iddefendiet il-kisbiet tal-membri taghha fil-passat u assigurat illi l-maggoranza taghhom, jibqghu jitgawdew anke matul il-perjodu ta’ dan il-Ftehim Kollettiv.
Fid-diskussjonijiet hadu sehem l-ex-CEO tal-Kumpanija, Adil Raihani, kif ukoll is-CEO prezenti Joakim Hornfeldt, Nancy Vakoura, Regional Representative, u s-sur Antoine Degiovanni, Konsulent Industrijali tal-Kumpanija. It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni, kienet rapprezentata minn Charles Agius, Segretarju tat-Taqsima.
L-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv sar minn Joakim Hornfeldt u Nancy Vakoura minn naha tan-Nuance, filwaqt li Charles Agius Segretarju tat-Taqsima u Kevin Camilleri, iffirmaw ghan-naha tal-General Workers Union. Prezenti kien hemm ukoll Antoinette Apap, Maria Debono u Nella Camilleri, membri tal-Group Committee.