News

11-il sena ilu l-Gvern ried jitfa' l-ufficjali tal-GWU l-habs

Mill-Ufficcju Media u Informazzjoni tal-GWU.

 

Jghidu li z-zmien jghaddi u fil-mixja tieghu inessi. Hafna drabi, l-moghdija taz-zmien veru tnessi u tfejjaq il-griehi li wiehed ikun garrab. B’danakollu, jghaddi kemm jghaddi zmien mhux kollox jitfejjaq kif mhux kollox jintnesa u certu grajjiet suwed jibqghu jtebbghu l-istorja ghal dejjem anki jekk dawk li jkunu mgarrba jkunu hafru.

 

Hekk ukoll il-General Workers Union. Filwaqt li tahfer il-kalunji u t-tajn li jkun twaddab fuqha matul iz-zmien, le izda dawn ma tinsihom qatt. Kif mhux se tinsa, anzi se tibqa tiftakar u tfakkar ta’ kull sena l-grajja sewda tal-20 ta’ Awwissu 1999. Minn dik il-grajja, illum ghaddew diga hdax-il sena. Grajja li fiha l-pulizija tar-regim Nazzjonalista sfaccatament warrbet id-demokrazija u bil-barka tal-Gvern arrestat biex titfa l-habs 17-il ufficjal tal-GWU inkluzi s-Segretarju Generali u l-President u ghadd ta’ attivisti ohra tal-Union. Dakinhar izda, dak li xtaq il-Gvern ma kienx irnexxielu li jwettqu.

 

U tant kienet cara r-rieda tal-Gvern li l-ufficjali u l-attivisti tal-GWU jintefghu l-habs illi kienu inbdew anki proceduri kriminali fil-qorti tal-magistrati kontrihom b’akkuzi li kienu jgorru fuqhom piena ta’ seba snin habs. U x’kien l-att kriminali li wettqu l-ufficjali tal-GWU dakinhar biex gew arrestati u akkuzati b’dak il-mod drammatiku kollu? Dan l-att kriminali ma kien xejn ghajr direttiva legittma ta’ strajk parzjali ta’ saghtejn fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Strajk li allavolja kien ordnat skont il-ligi, gie mkisser mill-forzi suppost tal-buon ordni ghax hekk kienu gew ordnati jaghmlu minn min kien imhallas mit-taxxi tal-poplu biex jghasses u jassigura li d-drittijiet demokratici ma jintrifsux.

 

Mhux talli dakinhar ir-regoli tad-demokrazija ma gewx osservati kif kellu jkun imma talli l-ligijiet gew imkasbrin u umiljati mill-gvern innifsu. Ghalhekk, il-grajjiet tal-20 ta’ Awissu 1999 se jibqghu ghaz-zmien li gej immarkati bl-iswed fl-istorja tar-relazzjonijiet industrijali ta’ pajjizna kif fl-istess hin u bl-istess qawwa se jibqghu minquxa b’ittri tad-deheb fl-istorja glorjuza tal-GWU. Se jibqghu minquxa hekk ghax dakinhar il-GWU ma bezghetx tehodha kontra l-imgieba arroganti tal-gvern u ma hallietux jghaddi bhal romblu minn fuqha u minn fuq id-drittijiet tal-haddiema.

 

Sal-lum il-gurnata inghatajna kemm-il prova li l-lupu jibdel sufu imma le ghemilu. Rajna kemm-il attentat isir biex idghajfu s-sahha tal-GWU bhalma kienu l-attakki fuq il-finanzi tal-Union biex ifaqqruha u jmewtuha. Li dawn l-attenati ma lahqux l-ghan ahhari taghhom ma kienx b’kumbinazzjoni imma kien sforz l-ghaqda qawwija tal-haddiema fi hdan din l-ikbar organizazzjoni tal-haddiema f’pajjizna imsejha General Workers’ Union. Bil-grajja ta’ 11-il sena ilu, dawk li qatt ma hamlu lill-GWU hasbu li kienet giethom ix-xoqqa f’moxtha biex jittestjaw is-sahha tal-GWU u jikkonfrontawha wicc imb’wicc. Dakinhar ukoll gharralhom bil-kbir kif gharralhom anki f’okkazjonijiet wara.

 

 

 

L-istorja tal-20 ta’ Awissu 1999 bdiet meta l-GWU ordnat strajk ta’ ftit hin wara nofsinhar fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ghax il-manigment tal-MIA, li kienet ghadha kumpanija tal-Gvern, irtira ir-rikonoxximent trejdunjonistiku li kien tat ufficjalment iktar qabel lill-GWU. Bir-ragun kollu u bid-dritt li ttiha l-ligi, l-GWU irritaljat ghal dik id-decizjoni u ordnat strajk parzjali ta’ saghtejn. F’daqqa wahda, bla mistenni u kontra r-regoli tad-demokrazija industrijali, intervjeniet il-pulizija u strajk pacifiku inbidel f’konfront dirett mal-forzi tal-istat li kellhom ordni diretta biex ikissru l-azzjoni industrijali ordnata mill-GWU.

 

Dawk li ma jieqfux jiftahru li kienu huma li ddefendew id-demokrazija f’pajjizna kienu huma stess 11-il sena ilu li kasbru d-demokrazija u rifsu fuq id-drittijiet trejdunjonistici tal-haddiema. Dawn ma ddardrux johorgu l-ordni tal-arresti u ma ddejqux iressqu lill-ufficjali tal-GWU u lill-sezzjoni ta’ haddiema tal-Malta International Airport fil-qorti. Il-process kriminali dam ghaddej erba xhur shah, mis-6 ta’ Dicembru 1999 sa Marzu 2000. U biex iktar tizdied id-doza kontra l-GWU, il-proceduri kriminali tkomplew anki lejliet il-Milied  meta l-qorti normalment tkun maghluqa u ma tahdimx.

 

Ma kienx qabel Marzu tas-sena 2000 li l-Gvern induna bl-izball ohxon li kien ghamel. Wara erba xhur ta’ tensjoni, thabbar li l-Prim Ministru Fenech Adami kien iddecieda li jaghti l-parir lill-President ta’ Malta biex jipproklama mahfra lill-ufficjali u l-attivisti tal-GWU u jwaqqa l-akkuzi kontrihom. Proklama li ma kienx hemm bzonnha ghax -istrajk li ordnat fl-MIA il-GWU f’Awissu 1999 ma kien jikser ebda ligi u jekk kien hemm xi haga irregolari f’dan kollu kienu l-arresti u l-akkuzi kontra l-ufficjali tal-GWU.

 

Ghalhekk, din il-bicca tal-mahfra presidenzjali la ntalbet u wisq inqas kienet mixtieqa mill-GWU. Ghaliex biex xi hadd jaccetta mahfra jrid ikun wettaq xi reati. Irid ikun kiser l-ligi. Jaccetta mahfra min ikollu l-faham miblul. U minn dan kollu l-GWU ma kellha xejn u ghalhekk ma kellhiex bzonn ebda mahfra.

 

Biex hadd ma jinsa jew jahseb li din il-mahfra lill-ufficjali u l-attivitisti tal-GWU inghatatilhom ghaliex il-Prim Ministru messitu l-kuxjenza, tajjeb infakkru x’kien gara ezatt f’dawk il-jiem. Minn gimghat qabel il-mahfra presidenzjali, l-ufficcju tal-Prim Ministru u Ministeri ohra bdew jigu bumbardjati b’eluf ta’ ittri ta’ trejdunjins minn madwar id-dinja kollha jipprotestaw kontra t-trattament u l-process anti-demokratiku kontra l-GWU. Kienu protesti li fuq naha wahda hammru wicc il-Gvern Malti u fuq in-naha l-ohra kienu turija ta’ appogg u solidarjeta mal-GWU.

 

Il-Gvern Malti, ghat-triq zbaljata li ghazel gab fuqu l-qilla tal-qawwa tas-solidarjeta trejdunjonistika internazzjonali. Kien anki gie mwissi mit-trejdunjins Inglizi biex ihalli lill-GWU bi kwietha ghaliex glieda kontra l-GWU kienet tfisser glieda kontrihom ukoll. Daqshekk kien gravi u insensat l-atteggjament tal-Gvern fil-konfront tal-GWU. Ma ntebahx il-Gvern dakinhar, jew forsi nesa li l-GWU tgawdi rispett kbir fil-qasam internazzjonali u forsi ukoll ghalhekk li ghazel it-triq tal-konfrontazzjoni u tal-proceduri legali fil-qrati.

 

Forsi wkoll ghaliex bil-grajja tal-20 ta’ Awissu 1999 il-Gvern Nazzjonalisa haseb li seta jivvendika ruhhu u jwettaq dak li l-GWU ma kienitx hallietu jwettaq 30 sena qabel meta ried jghaddi l-ligi infami li titfa l-habs lil min jordna u lil min jiehu sehem f’azzjonijiet industrijali. Dakinhar ukoll ghax waqfitlu l-GWU, il-Gvern kien warrab dik il-ligi illegittma u totalitarja u lanqas biss kien ressaqha ghad-diskussjoni fil-parlament.

 

Tajjeb li grajjiet bhal dawn il-haddiem mhux biss jibqa jiftakarhom imma wkoll jibqa jirrifletti fuqhom biex ma jigix aljenat u biex ma jinsiex li l-imghoddi jista jkun il-mera tal-futur. Tajjeb li jiftakar ukoll li f’kull battalja li kellu quddiemu jew li sab tistennieh, dejjem kellu il-wens u t-tarka tal-GWU li sa minn twelidha ma ddejqet qatt tiggielidlu ghad-difiza tad-drittijiet u tal-interessi tieghu.