News
Ftehim Kollettiv ghall-haddiema tal-Malta Air Traffic Services Ltd.
L-ewwel Ftehim Kollettiv gdid ghall-haddiema teknici tat-Torri tal-Kontroll ta’ l-ajruport internazzjonali ta’ Malta gie ffirmat nhar il-Gimgha, 3 ta’ Settembru 2010. Dan il-Ftehim Kollettiv ikopri l-perjodu bejn 1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Dicembru 2013.
Il-Ftehim Kollettiv, iffirmat bejn it-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU u l-Kumpanija sar wara li l-haddiema, li kienu jahdmu fid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Civili, gew trasferiti mall-Malta Air Traffic Services Ltd. Qabel dan il-Ftehim Kollettiv, il-haddiema koncernati, kellhom Wage Adjustment Agreement.
Permezz ta’ dan il-Ftehim Kollettiv, il-haddiema se jgawdu minn zidiet fil-pagi u se jiehdu arretrati ghas-snin 2005 – 2008.
Il-beneficcji ta’ dan il-Ftehim Kollettiv, mistenni jitgawdew ukoll mill-haddiema ta’ l-Administration u d-Drivers wara li jigi stabbilit li l-GWU tirraprezenta l-maggoranza tal-haddiema f’dawn is-setturi.
Il-Ftehim Kollettiv, gie ffirmat mill-Maggur Vanni Ganado, Chairman u l-Maggur Lawrence Fenech, Kap Ezekuttiv tal-Malta Air Traffic Services Ltd. u minn Charles Agius, Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni u Alfred Grima, Shopsteward ghall-General Workers Union.
Prezenti kien hemm ukoll ufficjali gholja tal-Kumpanija, fosthom l-ex Kap Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Karmenu Vassallo, li fi ftit granet ohra se jiehu t-tmexxija tal-Kumpanija, kif ukoll Adrian Farrugia, David Grech u Arthur Ebejer, membri tal-Group Committee.