News

Iffirmat ftehim kollettiv gdid bejn il-GWU u l-BOV

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU u l-Bank of Valletta fil-jiem li ghaddew wittew it-tilwima li kien hemm bejniethom u llum waslu biex iffirmaw il-ftehim kollettiv li ghandu jwassal ghal titjib fil-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-impjegati ghal tliet snin b’sehh mill-2011.

Il-ftehim kollettiv kien se jigi ffirmat lejn l-ahhar ta’ Dicembru li ghadda izda l-Management tal-Bank fl-ahhar hinijiet ried jaghmel tibdil fih b’konsegwenza tal-ftehim li kien iffirmat ftit qabel mal-MUBE. It-Taqsima ma setghetx taccetta t-tibdil li ried idahhal il-management u ghalhekk kienet irregistrat tilwima industrijali.

Fil-jiem li ghaddew ir-rieda tajba pprevaliet u giet solvuta t-tilwima li kien hemm.

F’kumment li ghamel wara li gie ffirmat dan il-ftehim kollettiv, is-Segretarju tat-Taqsima Cory Greenland appella lill-Bank biex jigu ndirizzati u rizolti l-problemi li ghadhom pendenti.

Il-Ftehim kollettiv kien iffirmat minn Dr. Cory Greenland, Charles Galea, Paul Micallef, James Grech u Joe Mifsud ghan-naha tal-GWU filwaqt li  Charles Borg, Noel Scerri u Karl Spiteri kienu l-firmatarji ghan-naha tal-Bank of Valletta.