News

Fi zmien 48 siegha jiskatta l-ultimatum lil Arriva

Kif habbret jumejn ilu, il-General Workers Union illum infurmat ufficjalment bil-miktub lill-Kumpanija Arriva illi jekk ma kinitx fi zmien 48 siegha se tirritorna ghad-diskussjonijiet mal-GWU bl-iskop li jigi mtejjeb il-pakkett finanzjarju li l-Kumpanija offriet lill-haddiema, jiskatta l-ultimatum u l-GWU tiddikjara tilwima industrijali ma’ Arriva u ghaldaqstant il-Union tkun hielsa li tibda sensiela ta’ azzjonijiet industrijali kontra l-Kumpanija.

L-ittra lil Arriva inbaghtet minn Charles Agius, Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU.

Il-GWU tappella lill-Kumpanija Arriva biex tifhem il-pozizzjoni tal-GWU jekk ma tridx li tiffaccja riperkussjonijiet serji.

Sadanittant dalghodu, il-GWU intervjeniet permezz tas-Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni u ordnat lill-haddiema li kienu migbura vicin il-Knisja ta’ Sarria fil-Floriana jistennew fix-xemx il-hin ghac-‘changeover’, biex imorru fid-Depot ta’ Arriva fil-Floriana.

Wara dan l-intervent tal-GWU, il-Kumpanija pprovdiet post alternattiv biex il-haddiema jkunu mkennija mix-xemx u f’temperatura accettabbli.