News
Wara li nghatat ultimatum, Arriva lura ghad-diskussjonijiet mal-GWU
Il-Kumpanija Arriva
gharrfet lill-GWU li lesta li tkompli bin-negozjati tal-ftehim kollettiv
partikularment bid-diskussjonijiet dwar il-pakkett finanzjarju ghax-xufiera.
Arriva hadet din id-decizjoni wara li l-bierah inghatat 48 siegha zmien mill-GWU
biex jew tirritorna mal-mejda tad-diskussjonijiet inkella tiffaccja azzjonijiet
industrijali.
Arriva indikat l-intenzjoni
taghha li tkompli bid-diskussjonijiet mal-GWU dwar il-pakkett finanzjarju
tax-xufiera f’ittra li bghatet il-bierah stess lis-Sur Charles Agius, Segretarju
tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni li tirrapprezenta lill-haddiema ta’ Arriva
membri tal-GWU.
Il-GWU hija sodisfatta li
l-Kumpanija Arriva gharfet il-pozizzjoni tal-Union tant li se terga’ lura
ghad-diskussjonijiet.
Il-GWU, min-naha taghha
tistqarr li mhix se taccetta li d-diskussjonijiet dwar il-pakkett finanzjarju tal-haddiema
jitwalu u qed taghmel car illi l-ftehim dwar din il-kwistjoni ghandu jintlahaq bla
dewmien u fi ftit gimghat. F’kaz li dan ma jsehhx il-GWU terga’ tikkunsidra
l-pozizzjoni taghha fl-interess tal-haddiema ta’ Arriva.