News
Arriva tintimida lix-xufiera li qed jobdu direttiva tal-GWU.
Il-General Workers Union
tiddeplora l-attentati li bihom il-Kumpanija Arriva qed tipprova tintimida
lix-xufiera wara li dahlu fis-sehh id-direttivi tal-GWU lix-xufiera biex ma
jsuqux xarabanks li ma jkollhomx sistema adegwata ta’ arja kondizzjonata. Wara
li dahlu fis-sehh id-direttivi, membri tal-Management ta’ Arriva qed jheddu
lix-xufiera b’passi dixxiplinarji kontrihom u ma li jhallsuhomx tal-hin li
jaghmlu ma jsuqux.
Il-GWU tistqarr li
x-xufiera membri taghha qed jobdu direttiva legittima mahruga mill-Union u
ghaldaqstant il-Kumpanija la ghandha dritt tintimida u wisq inqas tiehu passi
kontra x-xufiera.
Il-GWU tfakkar li din
is-sitwazzjoni ta’ xarabanks minghajr sistema adegwata ta’ arja kondizzjonata
ilha tigi diskussa ghal kwazi sena
f’diversi laqghat li l-GWU kellha ma’ Arriva u l-Kumpanija dejjem
kaxkret saqajha meta kellha z-zmien kollu sabiex issolvi din il-kwistjoni. La
baqghet m’ghamlitx hekk, issa qed tiffaccja l-konsegwenzi tal-inefficjenzi
taghha f’dan ir-rigward.
Il-GWU taghmel car li
hi se tibqa’ ssostni l-pozizzjoni taghha li xarabanks li ma jkunux
f’kundizzjoni espressa fli standards iffissati mill-awtoritajiet ma jinstaqux
mix-xufiera ta’ Arriva.