News

Appogg lill-GWU mill-ferghat kollha ta’ Arriva fl-Ingilterra

F’messagg li baghat lill-General Workers Union, Jim Moran, is-Segretarju tal-Kunsill Ewropew tax-Xoghol (EWC) ta’ Arriva esprima s-solidarjeta’ personali tieghu u tad-diversi ferghat ta’ Arriva fl-Ingilterra mat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU fil-kwistjoni ma’ Arriva dwar xarabanks li m’ghandhomx sistema adegwata ta’ arja kundizzjonata tahdem.

Fil-messagg tieghu lit-Taqsima, Jim Moran stqarr il-qbil u ta l-appogg tieghu u tal-ferghat ta’ Arriva fl-ingilterra lill-pozizzjoni li hadet il-GWU u l-azzjonijiet li ordnat f’dan ir-rigward.

Huwa informa wkoll lit-Taqsima Marittima u Avjazzjoni li l-kaz ta’ Arriva (Malta) se jkun fuq nett fl-agenda tal-ewwel laqgha tal-Kunsill Ewropew tax-Xoghol tad-Deutshe Bahn li huma l-propjetarji ta’ Arriva.