News
Ikompli jitnaqqar il-livell tal-ghajxien
Il-mod ta’ kif qed joghlew
il-prezzijiet partikularment ta’ oggetti essenzjali qed ikompli jaghti ragun
lill-General Workers Union fl-insistenza taghha li l-kumpens ghall-gholi
tal-hajja ghandu jibda jinghata darbtejn fis-sena u mhux darba kif qed isir
bhalissa sabiex iktar iqarreb lejn ir-realta’ li ta’ kuljum jiffaccjaw il-familji Maltin. Mhux hekk biss
imma l-GWU qed tinghata ragun ukoll ghall-proposta taghha fid-dokument li
ressqet lill-partiti politici biex il-basket ta’ prodotti u servizzi li fuqu
tigi mkejla l-inflazzjoni jickien biex ic-caqlieq li jkun hemm fil-prezzijiet
ikun rifless b’mod effettiv fil-kumpens ghall-gholi tal-hajja.
Il-GWU qed tistqarr dan
wara li mil-lum ghola sostanzjalment il-prezz
tal-halib u ghola wkoll l-prezz tal-petrol minghajr comb. Fir-rigward taz-zieda
fil-prezz tal-halib il-GWU tkompli tinkwieta billi dan huwa oggett essenzjali
uzat kuljum mill-familji irrispettivament mid-dhul taghhom u meta oggetti
essenzjali bhal dan joghlew fil-prezz tkun qed tinghata daqqa l-isfel b’iktar
gravita lil-livell tal-ghajxien ta’ dawk kollha li d-dhul taghhom huwa baxx.
Filwaqt li l-GWU tifhem li
certu gholi tal-prezzijiet ma hux kontrollabbli ghaliex ikun gej minn barra,
b’danakollu, dan il-fatt ma jiggustifikax li ma jittiehdux mizuri biex l-impatt
taz-zieda fil-prezzijiet jinhass mill-inqas fuq il-familji iktar u iktar meta
huwa maghruf li ghal hafna zmien Malta kklasifikat fost l-iktar pajjizi bl-ghola,
jekk mhux l-oghla, inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea.
Dan il-fatt mhux biss qed
jitfa iktar tbatija fuq il-maggoranza tal-familji imma wkoll qed inaqqrilhom
dejjem iktar mill-kapacita taghhom ghall-konsum b’detriment ghalihom biex
jghixu hajja dicenti.