News

Il-GWU mhassba serjament dwar l-gholi tal-hajja

Il-General workers Union hija mhassba serjament dwar l-gholi tal-hajja ghaliex kif kien mistenni l-gholi fil-prezz tal-halib se jaccellera l-inflazzjoni billi qed jikkawza gholi fil-prezz ta’ prodotti ohra essenzjali. Barra minhekk diga gie dikjarat li se joghla l-prezz tal-majjal waqt li qed jinghad ukoll li zieda fil-prezz tal-hobz hija inevitabbli. Dan kollu jfisser li l-familji, partikularment dawk vulnerabbli u l-pensjonanti se jkollhom jiffaccjaw iktar diffikultajiet biex jghixu hajja dicenti.

Wara li diga huwa maghruf li familja ta’ erba trid mill-inqas taqla 180 Ewro fil-gimgha biex tghix sura ta’ nies, dawk li jaqilghu inqas, bl-gholi fil-prezzijiet ta’ oggetti essenzjali se jkomplu jigu mbuttati lejn il-faqar. Il-GWU tqis dan kollu bhala fid-dawl illi l-livell tal-ghajxien ta’ hafna familji se jkompli jitnaqqar u jmur lura flok jitjieb.

F’dan ix-xenarju, il-GWU terga’ ttenni l-htiega urgenti li l-kumpens ghall-gholi tal-hajja jibda jinghata dartejn fis-sena u l-kejl ikun ibbazat fuq il-paga medja u mhux iktar fuq il-paga minima li hija ferm inqas minn dak mehtieg biex familja tghix  dicenti. Dan fl-istess waqt li jigi mcekken il-basket ta’ prodotti u servizzi li fuqu tigi mkejla l-inflazzjoni biex ic-caqlieq li jkun hemm fil-prezzijiet ikun jirrifletti r-realta li qed jghixu l-familji Maltin.

Il-GWU taf li fis-sitwazzjoni ekonomika prezenti, diversi kumpaniji qed izommu lura milli jiffinalizzaw u jiffirmaw il-ftehim kollettiv tal-haddiema bil-konsegwenza li qed jigi ttardjat t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema b’detriment ghal-livell tal-ghajxien taghhom.