News
Kritika ipokrita mill-MEA u l-Kamra tal-Kummerc
Il-Kamra tal-Kummerc u
l-Malta Employers Association, zewg ghaqdiet ta’ Min Ihaddem, inghaqdu biex hargu
qatta’ bla habel kontra xi proposti li l-GWU qed taghmel lill-partiti politici.
Dawn iz-zewg ghaqdiet, bl-iktar mod ipokrita hargu jikkritikaw b’mod qawwi
l-proposta li l-GWU qed taghmel lill-Gvern biex meta johrog tender ghandu
jaghti preferenza lil dawk il-kumpaniji li l-haddiema taghhom huma koperti bi
ftehim kollettiv.
L-ipokrisija tal-Kamra
tal-Kummerc u tal-Malta Employers Association tkompli tispikka meta huma jafu
li diversi membri taghhom tkellmu apartement kontra l-kompetizzjoni ingusta li
qed tpoggihom fi zvantagg fl-ghoti tat-tenders ma’ dawk il-kumpaniji li l-haddiema taghhom m’humiex
koperti bi ftehim kollettiv.
Bl-attitudni taghhom, dawn
iz-zewg organizazzjonijiet ta’ min ihaddem qed jaghtu x’jinftiehem li huma m’ghandhom
xejn kontra li l-haddiema jkunu membri ta’ trade union izda mbaghad qed ibierku
lil dawk il-kumpaniji li l-haddiema taghhom m’humiex organizzati fi trade union.
B’dan il-mod donnhom qed jinqdew bid-dritt tal-liberta ta’ assocjazzjoni biex jinkoragixxu
lill-employers sabiex ma jkollhomx lill-haddiema taghhom membri f’union.
Il-Kamra tal-Kummerc
tkompli turi wicc b’iehor meta qed tehodha kontra dak li qalet il-GWU illi
l-Gvern ghandu jimpjega mieghu lil dawk il-haddiema tal-kuntrattur li qed
jaghtu servizz kontinwu f’diversi dipartimenti tal-Gvern.
Il-Kamra tal-Kummerc
imissha taf illi ghal kuntrarju ta’ dak li qed tghid hi, dawn il-haddiema
tal-kuntrattur qed jahdmu b’xoghol prekarju u jekk veru l-Kamra tal-Kummerc temmen
li hija kontra x-xoghol prekarju imissha bierket il-proposta tal-GWU f’dan
ir-rigward.
Il-GWU tistieden lil dawn iz-zewg
organizazzjonijiet biex jiggieldu bis-serjeta lix-xoghol prekarju u mhux li
fil-berah jghidu mod u bil-fatti jaghmlu mod iehor.