News

Il-GWU ssellem lil Dom Mintoff

Il-General Workers Union tinsab imnikkta bil-kbir bl-ahbar tal-mewt tal-Perit Dom Mintoff, persunagg li bla dubju jista jitqies bhala Missier in-Nazzjon Malti ghax kien hu li mhux biss pogga isem Malta fuq il-mappa tad-dinja imma wkoll ghax kien hu li refa’ lill-poplu mill-mizerja, mill-faqar u mill-injoranza li kien jinsab fihom.

Il-haddiem Malti ghandu ghax ikun imnikket bil-mewt tal-Perit Mintoff u dan ghaliex kien bil-hila tal-Perit  Dom Mintoff li haddiem gie fuq saqajh u ghax kien Mintoff li ghallem lill-haddiem kif jiggieled ghal drittijietu.

Il-GWU tistqarr li s-servizzi socjali li l-poplu kollu qed igawdi minnhom illum, partikularment il-kura medika u l-edukazzjoni b’xejn ghal kulhadd u l-pensjonijiet se jibqghu mafkar haj tal-Perit Mintoff. Bla dubju wkoll li hadd mhu se jnehhi minn qlub il-Maltin it-tifkira li kien il-Perit Mintoff li heles lil pajjizna mill-ktajjen tal-kolonjalizmu u kien b’hekk li pajjizna ghandu rajh f’idejh.

Il-GWU, f’dawn il-mumenti ta’ soghba kbira tinghaqad mal-familjari ta’ Dom Mintoff fin-niket taghhom u twasslilhom il-kondoljanzi f’din it-telfa kbira li garrbu.