News
62 sena ilu twieldet il-GWU Youths
Il-GWU Youths b’dispjacir tinnota li qed ifiggu fenomeni godda fil-kamp tax-xoghol li qed jimminaw id-drittijiet li l-haddiema kisbu fil-passat. Ghal daqsta hemm il-htiega li l-haddiema jhossu d-dmir li jissiehbu f’union sabiex b’hekk mhux biss iharsu u jipprotegu drittijiethom imma wkoll ikunu rapprezentati fuq il-mejda tad-diskussjonijiet dwar drittijiet li jirrigwardaw lilhom.
Fl-gheluq it-62 sena mit-twelid taghha fis-27 ta’ Awissu, il-GWUYouths tfakkar kif tul is-snin iz-zghazagh iffaccjaw ostakli kbar li kienu ta’ theddida ghad-drittijiet taghhom fuq il-post tax-xoghol. Madankollu, grazzi ghall-ghaqda u l-entuzjazmu ta’ hafna, dawk l-ostakli gew meghhluba u b’hekk kull haddiem setra jgawdi drittijiet hafna iktar milli kellu fil-passat.
F’dan l-annivcersarju taghha, il-GWUYouths tishaq li z-zghazagh ghandhom jersqu iktar lejha halli minbarra li jkunu involuti f’esperjenzi godda li kapaci jkunu ta’ gid ghalihom, ikollhom ukoll mohhhom mistrieh illi ghal kull problema li tista tinqala fuq il-post tax-xoghol taghhom se jsibu lil min, b’esperjenza vasta, li jkun lest jaghtihom l-ghajnuna kollha li jkollhom bzonn u b’hekk huma ma jitilfux drittijiethom il-post tax-xoghol