News

Iz-Zghazagh ghandhom ikattru c-cittadinanza attiva

Il-General Workers’ Union Youths (GWU Youths) fl-okkazzjoni ta’ Jum iz-Zghazagh illum il-21 ta’ Marzu jappellaw liz-zghazagh Maltin u Ghawdxin sabiex fiz-zmien li gej ikomplu jinghaqdu flimkien u jkattru aktar ic-cittadinanza attiva. Dan jista jsir f’kull post tax-xoghol, skola jew lokal sabiex dejjem izjed zghazagh jippartecipaw fil-process demokratiku ta’ pajjizna u jinvolvu ruhhom b’mod attiv.

 

L-ghaqda tappella sabiex iz-zghazagh isahhu s-sens ta’ hidma kollettiva u jiggieldu l-individwalizmu. Dan ghaliex iz-zghazagh maghquda flimkien jekk jezercitaw id-dritt taghhom tal-assocazzjoni jistghu jtejbu is-sitwazzjoni taghhom u joholqu il-vuci zghazugha f’kull post ta’ pajjizna.

 

L-ghaqda partikolarment theggeg liz-zghazagh sabiex jorganizzaw ruhhom fi trade unions fil-postijiet tax-xoghol u f’ghaqdiet studenteski fl-iskejjel sabiex isemmghu lehinhom maghqudin flimkien. Dan filwaqt li jkomplu jippartecipaw fid-demokrazija anke fuq bazi lokali u Nazzjonali permezz ta’ involvement fil-volontarjat u anke fil-politika. Dan kollu jista jkompli jsahhah ic-cittadinanza attiva taz-zghazagh f’Malta.

 

L-ghaqda tawgura ghal-jum iz-zghazagh lill-dawk kollha li mhux biss bl-eta’ izda anke fl-ispirtu huma zghazagh u tawgura li matul is-sena li gejja jonholoq aktar spazju f’kull livell tas-socjeta ghal aktar involviment taz-zghazagh.