News
Il-GWU Youths u l-Kunsill Generali tal-PN
Il-GWU Youths tinsab dizappuntata ghad-diskorsi li saru minn ufficcjali ewlenin tal-Partit Nazzjonalista ghaliex waqt il-Kunsill Generali tal-PN il-GWU Youths ma setghetx tkun prezenti. Il-mod kif dawn il-kelliema poggew d-diskors taghhom setgha jaghti x’jifhem li l-Ghaqda ma riditx tattendi. Dawn ippruvaw jitfghu dell ikrah fuq il-GWU Youths billi jiftahru li l-UHM Youths u ghaqdiet ohra accettaw l-istedina tal-PN sabiex jitkellmu fil-Kunsill Generali, filwaqt li l-GWU Youths ma accettawx din l-istedina. L-Ghaqda kienet tattendi bhalma dejjem ghamlet izda kienet qeghda torganizza attivita ohra fl-istess hin.
Tajjeb li jkun iccarat li l-GWU Youths nhar is-Sibt 1 ta’ April organizzat seminar intern ghall-membri ta’ l-ezekuttiv taghha u l-attivisti ewlenin, liema seminar kien ilu jigi preparat tant li l-avvizi ghalih dehru ukoll fil-gurnal l-Orizzont fil-pagna ta’ l-avvizi tal-GWU. Kien precizament ghalhekk li l-GWU Youths ma setghetx tattendi l-Kunsill tal-PN f’Ghawdex u tindirizza lil dawk prezenti ghal 10 minuti kif mitlub mill-istess PN. Din l-ispjega kienet accettata mill-organizzaturi.
Fuq kollox ta’ min ifakkar li mhux l-ewwel darba li l-GWU Youths stess tistieden ufficjali mill-PN ghal xi attivita jew ohra u dawn ma jkunux jistghu jattendu. Fl-ebda okkazzjoni l-ghaqda ma ppruvat tiehu xi kapital minn sitwazzjonijiet simili ghaliex tifhem li d-dinja ma ddurx madwar l-agenda ta’ l-ghaqda u wiehed jista’ jkun li ghandu attivita’ ohra u hidmiet ohra li ma jkunux jippermettu partecipazzjoni ohra fl-istess hin. Wiehed jittama li fil-futur l-istess ufficjali tal-PN juru izjed rispett fil-konfront tal-GWU Youths u ma jippruvawx jitfghu dell ikrah li xejn ma jghin sabiex tinholoq il-klima neccessarja ta’ kooperazzjoni ghall-futur.